Aqbeż għall-kontentut

Festival tal-Eurovision 2007

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 2007
"True Fantasy"
Dati
Data tas-semifinali {{{semi}}}
Data tal-finali 12 ta' Mejju 2007
Ospitu
Sala Hartwall Areena, Ħelsinki, Finlandja
Preżentatur(i) Jaana Pelkonen
Mikko Leppilampi
Krisse Salminen (mistiedna)
Att tal-ftuħ Vidjo ta' Lordi minn Rovaniemi
Att tal-intervall Apocalyptica
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 42
Pajjiżi debuttanti Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
Bandiera tal-Montenegro Montenegro
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka
Bandiera tas-Serbja Serbja
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Monako Monako
Vote
Sistema ta' votazzjoni In-nies minn kull pajjiż jistgħu jivvutaw permezz tat-telefown jew SMS. L-għaxar kanzunetti favoriti ta' kull pajjiż jingħataw 12, 10, u minn 8 sa punt skond il-voti tal-popolazzjoni ta' kull pajjiż. Kull pajjiż parteċipat fis-semifinali u l-finali jridu jagħtu l-punti tagħhom fil-finali.
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tas-Serbja Serbja
"Molitva"
Festival tal-Eurovision
◄2006 2008►

Il-Festival tal-Eurovision 2007 kienet it-52 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u ġie organizzat fil-Hartwall Areena ġewwa Ħelsinki, Finlandja fl-10 ta’ Mejju (għas-semifinali) u fit-12 ta’ Mejju (il-finali). Il-Finlandja kisbet id-dritt li torganiżża il-Festival meta rebħet il-festival ta’ l-2006 ġewwa Ateni, il-Greċja. Din kienet l-ewwel darba li l-festival sar fil-Finlandja u r-rebbieħ kien il-pajjiż debuttant tas-Serbja.[1]

Baġit ta’ €13-il miljun ġie propost biex jitlesta l-festival. Bliet oħra li riedu jorganizzaw kienu Espoo, Turku u Tampere. L-ospiti taż-żewġ serati kienu Jaana Pelkonen, personalita fil-qasam televiżiv Finlandiż, u Mikko Leppilampi, mużiċist u attur. Krisse Salminen kienet parti mill-preżentazzjoni tas-serata hekk kif iltaqgħet mal-kantanti fil-green room u anki man-nies barra fil-pjazez.

Kien hemm rekord ta' 42 pajjiż parteċipant fejn l-EBU marret kontra l-limitu ta' 40 pajjiż.

Fit-12 ta' Marzu 2007 kien hemm il-poloz għall-postijiet li fihom il-kantanti kienu se jinterpretaw id-diska fis-semifinali u fil-finali, kif ukoll il-proċedura ta' kif il-pajjiżi kienu se jivvutaw. Kien hemm idea ġdida hekk kif ħames pajjiżi mis-semifinali u tlieta mill-finali ntgħażlu biex jagħżlu l-post fejn riedu jintepretaw il-kanzunetta tagħhom. Fis-semifinali, l-Awstrija, l-Andorra, it-Turkija, l-iSlovenja u l-Latvja kellhom iċ-ċans li jagħżlu waqt li fil-finali x-xorti messet lill-Armenja, l-Ukrajna u l-Ġermanja. Il-pajjiżi kollha għażlu li jkantaw id-diska fit-tieni nofs taż-żewġ serati. Wara l-poloz, kull kanzunetta kienet approvata mill-EBU, fejn spiċċat il-possibilita ta' diskwalifikazzjoni għall-kanzunetta Iżraelita. Ir-Renju Unit għażlu l-kanzunetta wara ż-żmien stipulat hekk kif l-EBU tathom dispensazzjoni speċjali.

Is-sistemà tal-voti kienet l-istess bħall-2006, però kien hemm żieda ta' ħames minuti ma' l-għaxar minuti li kien hemm diġà. Fil-finali, ir-riżultati minn kull pajjiż kienu dehru għal darb'oħra minn wieħed sa seba' punti awtomatikament fuq l-iskrin u t-tmienja, l-għaxra u t-tnax-il punt kienu maqruha mill-persuni li kienu qed jippreżentaw il-voti tal-pajjiż. Ir-rebbieħ ngħata tour promozzjonali madwar l-Ewropa fejn żar id-Danimarka, Spanja, l-Iżvezja, l-Olanda, il-Greċja u l-Ġermanja. Dan sar bejn is-16 ta' Mejju u l-21 ta' Mejju.

Pajjiżi parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]
Jaana Pelkonen u Mikko Leppilampi

Pajjiżi parteċipanti fil-Festival tal-Eurovision iridu jkunu membri attivi tal-EBU

42 pajjiż bagħtu applikazzjonijiet preliminarji. Minkejja li fis-snin ta' qabel in-numru massimu ta' pajjiżi parteċipanti kien ta' 40, l-EBU approvat l-42 pajjiż fl-2007. Ir-Repubblika Ċeka, is-Serbja, il-Montenegro u l-Ġeorġja daħlu għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2007.[2] Monako ħabbret l-irtirar tagħha fit-12 ta' Diċembru 2006,[2] u l-EBU ħabbret il-formazzjoni ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti fil-15 ta' Diċembru 2006.

Is-semifinali saret nhar fl-10 ta' Mejju 2007. Għall-ewwel darba, 28 pajjiż tħallew jipparteċipaw fis-semifinali, u l-42 pajjiż parteċipant ivvota.

Il-kanzunetti li kkwalifikaw huma kkuluriti u b'tipa ħoxna.

# Pajjiż Artist/a/i Kanzunetta Traduzzjoni għall-Malti Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Elitsa Todorova u Stoyan Yanukoulov Water Ilma 6 146
2 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Teapacks Push the button Agħfas il-buttuna 24 17
3 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Evridiki u D. Korgialas Comme çi, comme ça Hekk u hekk 15 65
4 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Koldun Work your magic Ħaddem il-maġija tiegħek 4 176
5 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Eiríkur Hauksson Valentine lost Valentinu mitluf 13 77
6 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Sopho Visionary dream Ħolma viżjonarja 8 12
7 Bandiera tal-Montenegro Montenegro Stevan Faddy ’Ajde kroci Ejja, idħol 23 33
8 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera DJ Bobo Vampires are alive Il-vampiri huma ħajjin 20 40
9 Bandiera tal-Moldova Moldova Moldova Natalia Barbu Fight Iġġieled 10 91
10 Bandiera tan-Netherlands Netherlands Edsilia Rombley On top of the world Fuq il-għoli tad-dinja 21 38
11 Bandiera tal-Albanija Albanija Albanija Frederik Ndoci u Aida Hear my plea Isma it-talba tiegħi 17 49
12 Bandiera tad-Danimarka Danimarka DQ Drama queen Reġina ta’ reċta 19 45
13 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Dragonfly u Dado Topić Vjerujem u ljubav Nemmen fl-imħabba 16 54
14 Bandiera tal-Polonja Polonja The Jet Set Time to party Ħin li niddevertu 14 75
15 Bandiera tas-Serbja Serbja Maria Šerifović Molitva Talba 1 298
16 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka Kabát Mála dáma Tfajla żgħira 28 1
17 Bandiera tal-Portugall Portugall Sabrina Dança comigo Iżfen miegħi 11 88
18 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Karolina Mojot svet Id-dinja tiegħi 9 97
19 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Guri Schanke Ven a bailar conmigo Ejja iżfen miegħi 18 48
20 Bandiera ta' Malta Malta Malta Olivia Lewis Vertigo Sturdament 25 15
21 Bandiera tal-Andorra Andorra Anonymous Salvem el món Ejja nsalvaw id-dinja 12 80
22 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Magdi Rúzsa Unsubstantial blues Dwejjaq insustanzjali 2 224
23 Bandiera tal-Estonja Estonja Gerli Padar Partners in crime Imsieħba f’kriminalità 22 33
24 Bandiera tal-Belġju Belġju The KMG’s Love power Poter ta’ l-imħabba 26 14
25 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Alenka Gotar Cvet z juga Fjura tan-Nofs in-Nhar 7 140
26 Bandiera tat-Turkija Turkija Kenan Doğulu Shake it up şekerim Ħawdu qalbi 3 197
27 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Eric Papilaya Get a life – Get alive Ħu ħajja – Ħu l-għixien 27 4
28 Bandiera tal-Latvja Latvja Bonaparti.lv Questa notte Dan il-lejl 5 168

Il-pajjiżi fil-finali kienu:

  • l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
  • l-ewwel għaxra mill-finali tal-2006;
  • l-ewwel għaxra mis-semifinali.

Il-finali saret fit-12 ta' Mejju 2007.

# Pajjiż Artist/a/i Kanzunetta Traduzzjoni għall-Malti Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Marija Rijeka bez imena Xmara mingħajr isem 11 106
2 Bandiera ta' Spanja Spanja D’NASH I love you mi vida Inħobbok qalbi 20 43
3 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Koldun Work your magic Ħaddem il-maġija tiegħek 6 145
4 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Dervish They can’t stop the Spring Ma jistawx iwaqqfu ir-rebbiegħa 24 5
5 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Hanna Pakarinen Leave me alone Ħallini waħdi 17 63
6 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Karolina Mojot svet Id-dinja tiegħi 14 73
7 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Alenka Gotar Cvet z juga Fjura tan-Nofs in-Nhar 15 66
8 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Magdi Rúzsa Unsubstantial blues Dewjjaq insustanzjali 9 128
9 Bandiera tal-Litwanja Litwanja 4FUN Love or leave Ħobb jew itlaq 21 28
10 Bandiera tal-Greċja Greċja Sarbel Yiassou Maria Aw Marija! 7 139
11 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Sopho Visionary dream Ħolma viżjonarja 12 97
12 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja The Ark The worrying kind It-tip li ninkwieta 18 51
13 Bandiera ta' Franza Franza Les Fatals Picards L'amour à la française L-imħabba, stil Franċiż 22 19
14 Bandiera tal-Latvja Latvja Bonaparti.lv Questa notte Dan il-lejl 16 54
15 Bandiera tar-Russja Russja Serebro Song #1 Diska numru 1 3 207
16 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Roger Cicero Frauen regier’n die Welt In-nisa jmexxu d-dinja 19 49
17 Bandiera tas-Serbja Serbja Marija Šerifović Molitva Talba 1 268
18 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Verka Serduchka Dancing lasha tumbai Niżfnu lasha tumbai 2 235
19 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Scooch Flying the flag (for you) Intajru il-bandiera (għalik) 23 19
20 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Todomondo Liubi, liubi, I love you Qalbi, qalbi, inħobbok 13 84
21 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Elitsa Todorova u Stoyan Yankoulov Water Ilma 5 157
22 Bandiera tat-Turkija Turkija Kenan Doğulu Shake it up şekerim Ħawdu qalbi 4 163
23 Bandiera tal-Armenja Armenja Hayko Anytime you need Kull meta jkollok bżonn 8 138
24 Bandiera tal-Moldova Moldova Natalia Barbu Fight Iġġieled 10 109

Xandara internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Awstralja Awstralja

Minkejja l-Awstralja mhijiex eliġibbli biex tieħu sehem, il-festival jixxandar fuq l-SBS.[3] Il-festival ma jixxandarx fil-ħin li jixxandar fl-Ewropa, iżda, fil-każ tal-edizzjoni ta' din is-sena s-semifinali xxandret fit-12 ta' Mejju u l-finali fit-13 ta' Mejju. L-Awstralja xxandar mill-istazzjoni tar-Renju Unit, fejn jinkludi kommentarju ta' Paddy O'Connell u Terry Wogan. Ikun hemm madwar 432,000 persuna li jsegwu l-festival.[1]

Ażerbajġan Ażerbajġan

L-Ażerbajġan kienu mistennija li jagħmlu d-debutt, però dan ma sarx minħabba AzTV applika biex jingħaqad ma' l-EBU imma dan kien miċħud nhar it-18 ta' Ġunju 2007 u għalhekk kellhom jistennew sakemm jiġu aċċettati. Stazzjon ieħor mill-Ażerbajġan, OTV, xandar is-serata. Hu hu membru passiv tal-EBU u ilu jxandar il-festival sentejn. Dan kien l-uniku stazzjon, din is-sena, li bagħat il-kummentaturi tiegħu f'Ħelsinki minkejja li pajjiżu ma kienx qed jieħu sehem.[2]

Italja Italja

It-televiżjoni Taljana ma tiħux sehem minħabba li r-RAI, l-istazzjon nazzjonali, huwa f'kompetizzjoni qawwija ma' stazzjonijiet televiżivi kummerċjali u huma jemmnu li l-Eurovision ma jkunx popolari f'pajjiżhom, minkejja l-fatt li l-edizzjoni tal-1991 kienet segwita minn 6 miljun persuna.

Monako Monako

Monako xandru l-finali fuq TMC wara li rtiraw mill-kompetizzjoni f'Diċembru 2006.

Madwar id-dinja

Xandira diretta saret permezz tas-satellita minn madwar id-dinja kollha bħal Channel One Russia, ERT World, TVE Inernacional, TVP Polonia, RTP Internacional and TVR i. Is-sit uffiċjali tal-Festival tal-Eurovision ipprovda xandira diretta fuq l-internet permezz ta' Octoshape.

Parteċipazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
     Pajjiżi tal-"Big 4", li awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali      Pajjiżi li kkwalifikaw direttament minħabba r-riżultat fl-2006      Pajjiżi li kkwalifikaw mis-semifinali      Pajjiżi li ma kkwalifikawx mis-semifinali      Pajjiżi li pparteċipaw fil-passat imma mhux f'din is-sena * Pajjiżi debuttanti
Pajjiżi li rritornaw

Pożizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Riżultati finali (semifinali [11-28] u l-finali flimkien). L-aħmar hu l-ewwel post, u blu l-aħħar post.

Ħafna pajjiżi pprotestaw kontra s-sistema tal-voti fil-festival tal-2007. Robert Abela, kap tal-kontinġent Malti, ippropona li r-riżultati ma kinux "bbażati biss mill-vot pubbliku", fejn ammetta wkoll li t-tnax-il punt ta' Malta ngħata lir-Renju Unit bħala protesta. "Il-mod li l-voti huwa pproċessat fl-EBU hu ħażin, u hemm bżonn li jkun ristrutturat", qalu ħafna segwaċi tal-Eurovision.[4]

  1. ^ Marija from Serbia wins Helsinki 2007 (Ingliż). Eurovision.tv
  2. ^ a b ESC 2007 Event page (Ingliż). ESCKaz.com
  3. ^ Eurovision to be aired in Australia (Ingliż). ESCtoday.com
  4. ^ "Malta slates Eurovision's voting" (bl-Ingliż). BBC News. 2007-05-14. Miġbur 2007-05-17.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]