UEFA Champions League 2007–08: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Bot Tneħħija: zh-yue:2007年至2008年歐洲聯賽冠軍盃 (strong connection between (2) mt:UEFA Champions League 2007–08 and zh-yue:2007/08年度歐洲聯賽冠軍盃) |
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 |
||
(7 intermediate revisions by 4 users not shown) | |||
Linja 27: | Linja 27: | ||
== Sistema ta' kwalifikazzjoni == |
== Sistema ta' kwalifikazzjoni == |
||
76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-[[UEFA]]. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-[[koeffiċjenti tal-UEFA|koeffiċjenti]] tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' [[Liechtenstein]], li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-[[Montenegro]], wara s-seperazzjoni tas-[[Serbja u Montenegro]]. Iċ-ċampjins minn [[San Marino]] u [[Andorra]] jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:<ref>Bert Kassies (Frar 2007). [http://www.xs4all.nl/~kassiesa/bert/uefa/access2007.html Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins]</ref> |
76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-[[UEFA]]. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-[[koeffiċjenti tal-UEFA|koeffiċjenti]] tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' [[Liechtenstein]], li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-[[Montenegro]], wara s-seperazzjoni tas-[[Serbja u Montenegro]]. Iċ-ċampjins minn [[San Marino]] u [[Andorra]] jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:<ref>Bert Kassies (Frar 2007). [https://web.archive.org/web/20070217073953/http://www.xs4all.nl/~kassiesa/bert/uefa/access2007.html Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins]</ref> |
||
* Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet |
* Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet |
||
Linja 183: | Linja 183: | ||
!width=35|[[Stampa:600px Bianco e Nero con scudo turco.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Bianco e Nero con scudo turco.png|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px Rosso con grifone Bianco scudato e fiamme.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Rosso con grifone Bianco scudato e fiamme.png|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px |
!width=35|[[Stampa:600px White background HEX-37B0E8 cross HEX-BDBA68 star.svg|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px Bianco e Blu a Strisce con FCP.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Bianco e Blu a Strisce con FCP.png|20px]] |
||
|- |
|- |
||
Linja 198: | Linja 198: | ||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301224/index.html 4–1] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301224/index.html 4–1] |
||
|- |
|- |
||
| style="text-align:right;"|[[Olympique de Marseille|Marseille]] [[Stampa:600px |
| style="text-align:right;"|[[Olympique de Marseille|Marseille]] [[Stampa:600px White background HEX-37B0E8 cross HEX-BDBA68 star.svg|20px]] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301167/index.html 2–0] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301167/index.html 2–0] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301247/index.html 0–4] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301247/index.html 0–4] |
||
Linja 312: | Linja 312: | ||
!width=35|[[Stampa:600px Quadrado Branco com uma figura olimpica grega.PNG|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Quadrado Branco com uma figura olimpica grega.PNG|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px Bianco viola reale.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Bianco viola reale.png|20px]] |
||
!width=35| |
|||
!width=35|[[Stampa:600px Verde e Bianco separati da una striscia Arancione.png|20px]] |
|||
|- |
|- |
||
| style="text-align:right;"|[[SS Lazio|Lazio]] [[Stampa:600px Bianco e Celeste con aquila.svg|20px]] |
| style="text-align:right;"|[[SS Lazio|Lazio]] [[Stampa:600px Bianco e Celeste con aquila.svg|20px]] |
||
Linja 332: | Linja 332: | ||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301171/index.html 2–1] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301171/index.html 2–1] |
||
|- |
|- |
||
| style="text-align:right;"|[[SV Werder Bremen|Werder Bremen |
| style="text-align:right;"|[[SV Werder Bremen|Werder Bremen]] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301195/index.html 2–1] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301195/index.html 2–1] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301180/index.html 1–3] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301180/index.html 1–3] |
||
Linja 632: | Linja 632: | ||
!width=35|[[Stampa:600px Rosso Bianco e Rosso con pallone di Siviglia.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Rosso Bianco e Rosso con pallone di Siviglia.png|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px Rosso e Bianco con stella capovolta.png|20px]] |
!width=35|[[Stampa:600px Rosso e Bianco con stella capovolta.png|20px]] |
||
!width=35|[[Stampa:600px |
!width=35|[[Stampa:600px background HEX-0E3193 HEX-FF0000 star HEX-FFFF00.svg|20px]] |
||
|- |
|- |
||
| style="text-align:right;"|[[Arsenal FC|Arsenal]] [[Stampa:600px Arsenal con cannone.png|20px]] |
| style="text-align:right;"|[[Arsenal FC|Arsenal]] [[Stampa:600px Arsenal con cannone.png|20px]] |
||
Linja 652: | Linja 652: | ||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301166/index.html 2–1] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301166/index.html 2–1] |
||
|- |
|- |
||
| style="text-align:right;"|[[FC Steaua Bucureşti|Steaua Bucureşti]] [[Stampa:600px |
| style="text-align:right;"|[[FC Steaua Bucureşti|Steaua Bucureşti]] [[Stampa:600px background HEX-0E3193 HEX-FF0000 star HEX-FFFF00.svg|20px]] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301189/index.html 0–1] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301189/index.html 0–1] |
||
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301213/index.html 0–2] |
| [http://www.uefa.com/competitions/ucl/fixturesresults/round=15105/match=301213/index.html 0–2] |
Reviżjoni kurrenti ta' 04:08, 23 Diċembru 2023
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
---|---|
Dati | 18 ta' Settembru 2007 – 21 ta' Mejju 2008 |
Parteċipanti | 32 (minn konfederazzjoni waħda) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Manchester United |
It-Tieni post | Chelsea |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 125 |
Gowls skorjati | 330 (2.64 kull logħba) |
Attendenza | 5,380,947 (43,048 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Cristiano Ronaldo (8 gowls) |
L-aqwa plejer | Cristiano Ronaldo |
← 2006–07 2008–09 → |
Il-UEFA Champions League 2007–08 kienet it-53 edizzjoni tal-kampjonat massimu tal-futbol Ewropew.
Il-finali ntlagħbet fil-21 ta' Mejju fi Stadju Luzhniki f'Moska, fejn Manchester United lagħbu kontra Chelsea, fejn b'hekk din il-finali kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza Ewropea bejn żewġ timijiet Ingliżi. Manchester United rebħu 6–5 bil-penalties, wara pari ta' 1–1 wara l-ħin supplementari.
Sistema ta' kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-koeffiċjenti tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' Liechtenstein, li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-Montenegro, wara s-seperazzjoni tas-Serbja u Montenegro. Iċ-ċampjins minn San Marino u Andorra jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:[1]
- Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
- Assoċjazzjonijiet 16-53: 1 tim
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53 (mhux inkluża Liechtenstein)
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)
- 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Bulgarija, Iżrael, Norveġja, Awstrija, Serbja, Polonja, Danimarka, u Ungerija)
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)
- 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 7 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 10-16
- 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
- 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3 (AC Milan, it-tim li spiċċa fir-raba' post mill-Italja, bħala ċampjins kurrenti, ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi tal-gruppi.
Fażi tal-gruppi: (32 tim)
- rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
- 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
- 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-9
- 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
Rawnds ta' kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fis-17 ta' Lulju u fit-18 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-24 ta' Lulju u fil-25 ta' Lulju 2007.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Khazar Lenkoran | 2–4 | Dinamo Zagreb | 1–1 | 1–3 (ħs) |
APOEL | 2–3 | Bate | 2–0 | 0–3 (ħs) |
Sheriff Tiraspol | 5–0 | Rànger's | 2–0 | 3–0 |
FH | 4–1 | HB | 4–1 | 0–0 |
The New Saints | 4–4 (gbd) | Ventspils | 3–2 | 1–2 |
Pobeda | 0–1 | FC Levadia | 0–1 | 0–0 |
Olimpi Rustavi | 0–3 | Astana | 0–0 | 0–3 |
Zeta | 5–4 | FBK Kaunas | 3–1 | 2–3 |
Murata | 1–4 | Tampere United | 1–2 | 0–2 |
F91 Dudelange | 5–7 | Žilina | 1–2 | 4–5 |
Linfield | 0–1 | Elfsborg | 0–0 | 0–1 |
Derry City[2] | 0–2 | Pyunik | 0–0 | 0–2 |
Marsaxlokk | 1–9 | Sarajevo | 0–6 | 1–3 |
Domžale | 3–1 | KF Tirana | 1–0 | 2–1 |
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fil-31 ta' Lulju u fl-1 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-7 ta' Awwissu u fit-8 ta' Awwissu 2007.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Pyunik | 1–4 | Shakhtar Donetsk | 0–2 | 1–2 |
Red Star Belgrade | (gbd) 2–2 | FC Levadia | 1–0 | 1–2 |
Rangers | 3–0 | Zeta | 2–0 | 1–0 |
Debrecen | 0–1 | Elfsborg | 0–1 | 0–0 |
Zagłębie Lubin | 1–3 | Steaua Bucureşti | 0–1 | 1–2 |
Genk | 2–2 (gbd) | Sarajevo | 1–2 | 1–0 |
Ventspils | 0–7 | Red Bull Salzburg | 0–3 | 0–4 |
Astana | 2–10 | Rosenborg | 1–3 | 1–7 |
FH | 2–4 | BATE | 1–3 | 1–1 |
Copenhagen | 2–1 | Beitar Jerusalem | 1–0 | 1–1 (ħs) |
Žilina | 0–0 (3–4 p) | Slavia Prague | 0–0 | 0–0 (ħs) |
Tampere United | 2–0 | Levski Sofia | 1–0 | 1–0 |
Domžale | 2–5 | Dinamo Zagreb | 1–2 | 1–3 |
Beşiktaş | 4–0 | Sheriff Tiraspol | 1–0 | 3–0 |
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Awwissu 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-14 ta' Awwissu u fil-15 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-28 ta' Awwissu u fid-29 ta' Awwissu 2007. Rebbieħa f'dawn ir-rawnd ikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi, waqt li l-klabbs telliefa daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Minħabba l-mewt ta' Antonio Puerta, l-ewwel leg ta' Sevilla kontra AEK Athens kienet posposta għat-3 ta' Settembru.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
BATE | 2–4 | Steaua | 2–2 | 0–2 |
Tampere United | 0–5 | Rosenborg | 0–3 | 0–2 |
Spartak Moscow | 2–2 (3–4 p) | Celtic | 1–1 | 1–1 (ħs) |
Werder Bremen | 5–3 | Dinamo Zagreb | 2–1 | 3–2 |
Red Bull Salzburg | 2–3 | Shakhtar Donetsk | 1–0 | 1–3 |
Ajax | 1–3 | Slavia Prague | 0–1 | 1–2 |
Valencia | 5–1 | Elfsborg | 3–0 | 2–1 |
Sarajevo | 0–4 | Dynamo Kyiv | 0–1 | 0–3 |
Fenerbahçe | 3–0 | Anderlecht | 1–0 | 2–0 |
Rangers | 1–0 | Red Star Belgrade | 1–0 | 0–0 |
Toulouse | 0–5 | Liverpool | 0–1 | 0–4 |
Benfica | 3–1 | Copenhagen | 2–1 | 1–0 |
Lazio | 4–2 | Dinamo Bucharest | 1–1 | 3–1 |
Sparta Prague | 0–5 | Arsenal | 0–2 | 0–3 |
Zürich | 1–3 | Beşiktaş | 1–1 | 0–2 |
Sevilla | 6–1 | AEK Athens | 2–0 | 4–1 |
Fażi tal-gruppi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poloz itellgħu nhar il-Ħamis, 30 ta' Awwissu 2007 f'Monako. Il-poloz kienu ospitati minn Pedro Pinto u kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. Il-partiti ntlagħbu bejn it-18 ta' Settembru u it-12 ta' Diċembru 2007.
Kriterji ta' spareġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Skont il-paragrafu 6.05 tar-Regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:
- l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
- l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
- numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi |
---|
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni |
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA |
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun |
Grupp A
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp B
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp Ċ
[immodifika | immodifika s-sors]
|
Grupp D
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp E
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp F
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp G
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp H
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Fażi eliminatorja
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-aħħar sittax li kkwalifikaw għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ logħbiet waħda ġewwa darhom u l-oħra barra minn darhom bl-istess regoli bħal fil-fażi ta' kwalifikazzjoni jiġu applikati. Fl-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra klabbs li spiċċaw fit-tieni u mhux ma' timijiet li huma mill-istess gruppi jew nazzjon.
Il-poloz tal-ewwel fażi (dik tal-aħħar sittax) kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Giorgio Marchetti, id-direttur tal-UEFA tal-futbol professjonali.
Il-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Marzu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Rinat Dasayev, l-ambaxxatur tal-finali ta' Moska. Il-kontra tal-fażi tal-aħħar sittax, minn din il-fażi 'l quddiem, it-timijiet jistgħu jiltaqgħu ma' timijiet tal-istess grupp jew tal-istess pajjiż.
L-aħħar Sittax | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||||||||
Schalke 04 (p) | 1 | 0 | 1(4) | |||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Porto | 0 | 1 | 1(1) | |||||||||||||||||
Schalke 04 | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Barcelona | 1 | 1 | 2 | |||||||||||||||||
Celtic | 2 | 0 | 2 | |||||||||||||||||
Barcelona | 3 | 1 | 4 | |||||||||||||||||
Barcelona | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Manchester United | 0 | 1 | 1 | |||||||||||||||||
Roma | 2 | 2 | 4 | |||||||||||||||||
Real Madrid | 1 | 1 | 2 | |||||||||||||||||
Roma | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Manchester United | 2 | 1 | 3 | |||||||||||||||||
Lyon | 1 | 0 | 1 | |||||||||||||||||
Manchester United | 1 | 1 | 2 | |||||||||||||||||
Manchester United (p) | 1(6) | |||||||||||||||||||
Chelsea | 1(5) | |||||||||||||||||||
Arsenal | 0 | 2 | 2 | |||||||||||||||||
Milan | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Arsenal | 1 | 2 | 3 | |||||||||||||||||
Liverpool | 1 | 4 | 5 | |||||||||||||||||
Liverpool | 2 | 1 | 3 | |||||||||||||||||
Internazionale | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Liverpool | 1 | 2 | 3 | |||||||||||||||||
Chelsea (ħs) | 1 | 3 | 4 | |||||||||||||||||
Fenerbahçe (p) | 3 | 2 | 5(3) | |||||||||||||||||
Sevilla | 2 | 3 | 5(2) | |||||||||||||||||
Fenerbahçe | 2 | 0 | 2 | |||||||||||||||||
Chelsea | 1 | 2 | 3 | |||||||||||||||||
Olympiacos | 0 | 0 | 0 | |||||||||||||||||
Chelsea | 0 | 3 | 3 |
L-aħħar sittax
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fid-19 ta' Frar u fl-20 ta' Frar, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-4 ta' Marzu u fil-5 ta' Marzu 2008. Minħabba li Milan u Inter Milan jaqsmu l-istess grawnd, it-tieni leg tal-logħba bejn Inter Milan u Liverpool tmexxiet għall-11 ta' Marzu.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Celtic | 2–4 | Barcelona | 2–3 | 0–1 |
Lyon | 1–2 | Manchester United | 1–1 | 0–1 |
Schalke 04 | 1–1 (4–1p) | Porto | 1–0 | 0–1 (ħs) |
Liverpool | 3–0 | Internazionale | 2–0 | 1–0 |
Roma | 4–2 | Real Madrid | 2–1 | 2–1 |
Arsenal | 2–0 | Milan | 0–0 | 2–0 |
Olympiacos | 0–3 | Chelsea | 0–0 | 0–3 |
Fenerbahçe | 5–5 (3–2p) | Sevilla | 3–2 | 2–3 (ħs) |
Kwarti tal-finali
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-1 ta' April u fit-2 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-8 ta' April u fid-9 ta' April 2008.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Arsenal | 3–5 | Liverpool | 1–1 | 2–4 |
Roma | 0–3 | Manchester United | 0–2 | 0–1 |
Schalke 04 | 0–2 | Barcelona | 0–1 | 0–1 |
Fenerbahçe | 2–3 | Chelsea | 2–1 | 0–2 |
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fit-22 ta' April u fit-23 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-29 ta' April u fit-30 ta' April 2008.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Liverpool | 3–4 | Chelsea | 1–1 | 2–3 (ħs) |
Barcelona | 0–1 | Manchester United | 0–0 | 0–1 |
Finali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-finali tal-UEFA Champions League 2008 intlagħbet fil-21 ta' Mejju 2008 fil-Luzhniki Stadium f'Moska, ir-Russja. Il-finali kienet bejn Manchester United u Chelsea, fejn din kienet l-ewwel finali fejn iż-żewġ kontestanti kienu mill-Ingilterra.
United rebħu l-logħba 6-5 bil-penalties wara li l-partita spiċċat pari ta' 1-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor fis-26 minuta, qabel ma' Frank Lampard kiseb il-pari ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima. Ryan Giggs daħal bħala sostitut lejn l-aħħar tat-tieni taqsima fejn għamel is-759 apparenza fil-flokk ta' Manchester United, fejn stabilixxa rekord ġdid. Kmieni fil-ħin supplementari, Giggs kellu xutt salvat fuq il-linja minn John Terry. Lejn nofs it-tieni taqsima tal-ħin supplementari, kien hemm konfużjoni sħiħa li kienet tinvolvi lill-biċċa l-kbira tat-22 plejer fuq il-grawnd, u Didier Drogba ġie mkeċċi wara li ta daqqa ta' ħarta lil Nemanja Vidić quddiem ir-referì.
L-iskor baqa' l-istess, u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-tieni rawnd meta Cristiano Ronaldo ra l-penalty salvat minn Petr Čech, fejn ta ċ-ċans lil John Terry li jrebbaħ it-tazza lil Chelsea fil-ħames penalty. Madanakollu, il-kaptan ta' Chelsea x'ħin kien se jagħti żelaq u l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ryan Giggs skorja s-sebgħa penalty, qabel ma' Edwin van der Sar salva l-penalty minn Nicolas Anelka biex inkuruna lil Manchester United bħala ċampjins tal-Ewropa għat-tielet darba.
Manchester United irrapreżentaw lill-Ewropa fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2008.
21 ta' Mejju 2008 20:45 |
Manchester United | 1 – 1 (ħs) | Chelsea | Luzhniki Stadium, Moska Attendenza: 67,310 Referi: Ľuboš Micheľ |
---|---|---|---|---|
Ronaldo 26' | Rapport | Lampard 45' |
Penalties | ||||
Tévez Carrick Ronaldo Hargreaves Nani Anderson Giggs |
6 – 5 | Ballack Belletti Lampard A. Cole Terry Kalou Anelka |
Rebbieħ
[immodifika | immodifika s-sors]Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2007–08 |
---|
Manchester United FC It-tielet titlu |
L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]L-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2007–08 (il-fażi tal-gruppi u l-fażi eliminatorja biss) huma:[3]
Poż. | Isem | Klabbs | Gowls | Ħin ta' logħob |
---|---|---|---|---|
1 | Cristiano Ronaldo | Manchester United | 7 | 1062' |
2 | Lionel Messi | Barcelona | 6 | 756' |
Fernando Torres | Liverpool | 906' | ||
Didier Drogba | Chelsea | 1072' | ||
Steven Gerrard | Liverpool | 1145' | ||
4 | Ryan Babel | Liverpool | 5 | 619' |
Zlatan Ibrahimović | Inter Milan | 626' | ||
Frédéric Kanouté | Sevilla | 715' | ||
Raúl González | Real Madrid | 716' | ||
Deivid de Souza | Fenerbahçe | 844' | ||
Dirk Kuyt | Liverpool | 893' |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bert Kassies (Frar 2007). Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins
- ^ Shelbourne rebħu l-Football League of Ireland 2006 imma ma applikaw għal liċenzja tal-UEFA biex jieħdu sehem fiċ-Champions League. RTÉ Sport, ed. (20-06-2007). ""Shels relinquish Champions League place"" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ L-aqwa skorers - uefa.com
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': UEFA Champions League 2007–08 |