Żarbuna tad-Deheb
Iż-Żarbuna tad-Deheb hu rikonoxximent tal-futbol li jingħata lill-plejers li, matul l-istaġun, kisbu l-ikbar punteġġi billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' gowls li ġew skurjati fil-partiti tal-kampjonat u l-koefiċċjent tal-kampjonat.
Mill-bidu ta' dan ir-rikonoxximent fl-istaġun 1967–68 l-unur, oriġinarjament magħruf bħala Soulier d'Or, li hi traduzzjoni bill-Franċiż għal Żarbuna tad-Deheb, kien mogħti mir-rivista France Football lill-aqwa skorer f'kull kampjonat Ewropew ta' dak l-istaġun. Ma kienx jingħata differenzi bejn il-kampjonati. Bejn l-1991 u l-1996, l-unur sar wieħed inuffiċjali wara protesta min-naħa tal-Federazzjoni Ċiprijotta, li stqarrew li plejer skorja 40 gowl, minkejja li l-aqwa skorers uffiċjali tal-istaġun ikunu mniżża b'dsatax-il gowl.
L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali mill-istaġun 1996–97, meta l-European Sports Magazines (ESM), fejn France Football hi membru tagħha, iddeċidiet għal sistema ta' punti skont is-"saħħa" ta' kull kampjonat tal-Ewropa. Dawn huma determinati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA, li min-naħa l-oħra jiddependu fuq ir-riżultati tal-klabbs tal-kampjonati fil-kompetizzjoni Ewropea fil-ħames snin ta' qabel. B'hekk gowls skurjati fis-Serie A, l-akbar kampjonat tal-futbol fl-Italja, jgħodd aktar mil-League of Wales, li hu l-ekwivalenti tiegħu ta' Wales.[1]
Rebbieħa mill-1968 sal-1991
[immodifika | immodifika s-sors]Bejn l-1968 u l-1991, iż-Żarbuna tad-Deheb, kif kienet magħrufa, kienet tingħata lill-aqwa skorer f'kwalunkwe kampjonat Ewropew. B'hekk ma kienx jittkejjel it-toqol tal-kampjonat u toqol tal-partiti li kienu jintlagħbu kif ukoll in-numru ta' partiti li l-plejer ħa sehem fihom. Matul dan il-perjodu Eusébio, Gerd Müller, Dudu Georgescu u Fernando Gomes rebħu dan it-titlu darbtejn.[1]
Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa
Staġun | Plejer | Klabb | Gowls |
---|---|---|---|
1967–68 | Eusébio | Benfica | 42 |
1968–69 | Petar Zhekov | CSKA Sofia | 36 |
1969–70 | Gerd Müller | Bayern Munich | 38 |
1970–71 | Josip Skoblar | Marseille | 44 |
1971–72 | Gerd Müller | Bayern Munich | 40 |
1972–73 | Eusébio | Benfica | 40 |
1973-74 | Héctor Yazalde | Sporting Lisbona | 46 |
1974–75 | Dudu Georgescu | Dinamo Bucharest | 33 |
1975–76 | Sotiris Kaiafas | Omonia Nicosia | 39 |
1976–77 | Dudu Georgescu | Dinamo Bucharest | 47 |
1977–78 | Hans Krankl | Rapid Vienna | 41 |
1978–79 | Kees Kist | AZ Alkmaar | 34 |
1979–80 | Erwin Vandenbergh | Lierse | 39 |
1980–81 | Georgi Slavkov | Trakia Plovdiv | 31 |
1981–-82 | Wim Kieft | Ajax | 32 |
1982–83 | Fernando Gomes | Porto | 36 |
1983–84 | Ian Rush | Liverpool | 32 |
1984–85 | Fernando Gomes | Porto | 39 |
1985–86 | Marco van Basten | Ajax | 37 |
1986–87 | Rodion Cămătaru | Dinamo Bucharest | 39 |
1987–88 | Tanju Çolak | Galatasaray | 39 |
1988–89 | Dorin Mateuţ | Dinamo Bucharest | 43 |
1989–90 | Hugo Sánchez | Real Madrid | 38 |
1989–90 | Hristo Stoičkov | CSKA Sofia | 38 |
1990–91 | Darko Pancev | Crvena Zvezda | 34 |
Rebbieħa inuffiċjali mill-1991 sal-1996
[immodifika | immodifika s-sors]Iż-Żarbuna tad-Deheb saret inuffiċjali mill-1991 sal-1996, wara protesta mill-federazzjoni tal-futbol ta' Ċipru fejn plejer allegatament skorja 40 gowls, minkejja li l-lista uffiċjali tal-aqwa skorers tal-istaġun huma t-tnejn imniżżla b'dsatax-il gowl. Minħabba dan il-każ, France Football iddeċidiet li tagħmel il-kompetizzjoni inuffiċjali sal-1996. L-awa skorer għall-istaġun 1990–91, Darko Pancev, ma rċeviex dan l-unur sas-sena 2006.[2] L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali fl-1996 b'regolamenti differenti.
Staġun | Plejer | Klabb | Gowls |
---|---|---|---|
1991–92 | Ally McCoist | Rangers | 34 |
1992–93 | Ally McCoist | Rangers | 34 |
1993–94 | David Taylor | Porthmadog | 43 |
1994–95 | Arsen Avetisyan | Homenetmen | 39 |
1995–96 | Zviad Endeladze | Margveti | 40 |
Rebbieħa mill-1996 sal-lum
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-istaġun 1996–97, il-European Sports Magazines onoraw iż-Żarbuna tad-Deheb ibbażat skont sistema ta' punti li jippermetti lil plejers ta' kampjonati diffiċli biex jirbħu anki jekk ikunu skurjaw xi ftit inqas gowls minn plejer ta' kampjonat mhux daqshekk b'saħħtu. B'din il-modifikazzjoni, il-gowls huma pożizzjonati differenti bejn il-kampjonati. Gowls skurjati fl-aqwa tmien kampjonati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA huma multiplikati mal-fattur ta' tnejn, u gowls skurjati f'kampjonati li jinsabu bejn id-9 u l-21 post huma multiplikati mal-fattur 1.5.
Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "Golden Boot: The Quotients Decide It All". soccerphile.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-29.
- ^ "Macedonia's Pancev gets his Golden Boot". setimes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-23.