L-MEPs
Kull pajjiż jiddeċiedi dwar il-forma tal-elezzjoni tiegħu, iżda jrid jiggarantixxi ugwaljanza bejn il-ġeneri u votazzjoni sigrieta. L-età tal-votazzjoni hija stabbilita għal 16-il sena fl-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja u Malta, 17-il sena fil-Greċja, u 18-il sena fil-bqija tal-Istati Membri. Is-siġġijiet jiġu allokati abbażi tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru. Aktar minn terz tal-Membri tal-PE huma nisa. Il-Membri jiġu raggruppati skont l-affinità politika u mhux in-nazzjonalità. Il-Membri jqattgħu ħinhom fil-kostitwenzi tagħhom, fi Strasburgu - fejn kull sena jsiru 12-il sessjoni plenarja - u fi Brussell, fejn jattendu seduti plenarji addizzjonali, kif ukoll laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi politiċi. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-Membri huma stabbiliti fl-Istatut tal-2009.