Knejjes tal-Moldavja
Il-Knejjes tal-Moldavja huma tmien knejjes Ortodossi Rumeni rappreżentattivi (minn għadd ferm ikbar) li jinsabu fil-Kontea ta’ Suceava, fit-Tramuntana tal-Moldavja, ir-Rumanija, u nbnew bejn l-1487 u l-1583.
Mill-1993, il-Knejjes tal-Moldavja tniżżlu fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit wieħed.[1]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]It-tmien Knejjes tal-Moldavja li jinsabu fit-Tramuntana tal-Moldavja u li nbnew bejn l-aħħar tas-seklu 15 u l-aħħar tas-seklu 16 huma kapulavuri ispirati mill-arti Biżantina u huma uniċi fl-Ewropa u fid-dinja. L-istil arkitettoniku tagħhom huwa influwenzat ferm mill-istil Gotiku. Il-ħitan tagħhom minn barra huma miksijin affreski awtentiċi u ppreservati tajjeb ferm. L-affreski ma kinux sempliċi tiżjin tal-ħitan biss, iżda jiffurmaw kisja sistematika fuq il-faċċati kollha u jirrappreżentaw ċikli sħaħ ta’ temi reliġjużi. Il-kompożizzjoni eċċezzjonali tagħhom, l-eleganza tal-karattri, u l-armonija tal-kuluri donnhom joħolqu sinerġija mal-pajsaġġ ta’ madwarhom. Il-ħitan fuq ġewwa u fuq barra tal-knisja tal-Monasteru ta’ Suceviţa huma miksija minn fuq s’isfel b’affreski tas-seklu 16, u din il-knisja hija l-unika waħda li fiha rappreżentazzjoni tas-sellum ta’ San Ġwann Klimaku.[2]
Il-knisja monastika ta’ Suceviţa ma saritilha l-ebda alterazzjoni matul iż-żmien. Tippreserva b’integrità totali l-istruttura oriġinali tagħha tas-seklu 15, kif ukoll l-affreski tagħha fuq ġewwa u fuq barra. Il-monasteru ta’ madwarha kkonserva d-dehra oriġinali tiegħu, u b’mod partikolari l-ħitan storiċi mal-perimetru tiegħu. Il-pajsaġġ tal-madwar ukoll baqa’ pjuttost l-istess bħal dak ta’ mijiet ta’ snin ilu.[2]
L-affreski huma awtentiċi u ma tantx sarulhom interventi. Minkejja dan, jinsabu fi stat tajjeb ta’ konservazzjoni. Ir-restawr li sar matul is-snin 70 tas-seklu 20 twettaq bil-galbu u bir-reqqa, b’enfasi kbira fuq ir-rispett tal-awtentiċità tal-motivi u tal-pigmenti, u fuq il-kundizzjonijiet ta’ konservazzjoni. Ir-restawr tas-saqaf tal-knisja wassal biex il-knisja reġgħet kisbet id-dehra oriġinali tagħha, kif iddokumentat minn sorsi ikonografiċi antiki. Il-knisja u l-monasteru għadhom jiffunzjonaw bħala post ta’ qima u bħala monasteru.[2]
Sit ta’ Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1993 ġew iddeżinjati l-ewwel seba’ Knejjes tal-Moldavja bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sit ġie estiż fl-2010 biż-żieda ta’ knisja oħra, il-Knisja tal-Irxoxt fi ħdan il-Monasteru ta’ Sucevița, u b’hekk is-sit issa huwa magħmul minn tmien knejjes.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[1]
It-Tmien Knejjes tal-Moldavja
[immodifika | immodifika s-sors]Ritratt | Isem | Post u Koordinati | Sena tal-Kostruzzjoni | Fundatur |
---|---|---|---|---|
Knisja tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista fil-monasteru ta’ Arbore | Arbore; 47°44′N 25°56′E | 1502 | Luca Arbore | |
Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna fil-monasteru antik ta’ Humor | Mănăstirea Humorului; 47°36′N 26°00′E | 1530 | Toader Bubuiog | |
Knisja tat-Tħabbira tal-Madonna fil-monasteru ta’ Moldovița | Vatra Moldoviței; 47°41′N 25°33′E | 1532 | Petru Rareș | |
Knisja tal-Kurċifiss Imqaddes | Pătrăuți; 47°45′N 26°17′E | 1487 | Ștefan cel Mare | |
Knisja ta’ San Nikola u l-Catholicon tal-monasteru ta’ Probota | Probota; 47°24′N 26°38′E | 1530 | Petru Rareș | |
Knisja ta’ San Ġorġ | Suceava; 47°40′N 26°17′E | 1522 | Bogdan III | |
Knisja ta’ San Ġorġ fil-monasteru antik ta’ Voroneț | Voroneț; 47°32′N 25°52′E | 1488 | Ștefan cel Mare | |
Knisja tal-Irxoxt fil-monasteru ta’ Sucevița | Sucevița; 47°46′42″N 25°42′46″E | 1581 | Gheorghe Movilă |
Knejjes oħra tal-Moldavja
[immodifika | immodifika s-sors]Ritratt | Isem il-Monasteri li Fihom Knejjes simili | Post | Sena tal-Kostruzzjoni | Fundatur |
---|---|---|---|---|
Monateru ta’ Agapia | Agapia, Kontea ta’ Neamț | 1643 | Gavriil Coci | |
Monateru ta’ Bogdana | Rădăuți, Kontea ta’ Suceava | 1360 | Bogdan III | |
Monasteru ta’ Cetățuia | Iași, Kontea ta’ Iași | 1672 | Gheorghe Duca | |
Monasteru ta’ Dragomirna | Mitocu Dragomirnei, Kontea ta’ Suceava | 1609 | Anastasie Crimca | |
Monasteru ta’ Galata | Iași, Kontea ta’ Iași | 1584 | Petru Șchiopul | |
Monasteru ta’ Golia | Iași, Kontea ta’ Iași | 1660 | Ioan Golia | |
Monasteru ta’ Neamț | Vânători-Neamț, Kontea ta’ Neamț | 1497 | Ștefan cel Mare | |
Monasteru ta’ Putna | Putna, Kontea ta’ Suceava | 1466 | Ștefan cel Mare | |
Monasteru ta’ Trei Ierarhi | Iași, Kontea ta’ Iași | 1639 | Vasile Lupu | |
Monastery ta’ Văratec | Văratec, Kontea ta’ Neamț | 1785 | Olimpiada |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Churches of Moldavia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-13.
- ^ a b ċ Kocój, Ewa. "Świątynie, postacie, ikony. Malowane cerkwie i monastyry Bukowiny Południowej w wyobrażeniach rumuńskich (Temples, persons, icons. Painted churches and monasteries of South Bukovina in Romanian imagology), Wydawnictwo Uniwersytetu Jagiellońskiego, Kraków 2006, s. 440" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna)