Federico Macheda
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Federico Macheda | ||
Twelid | 22 ta' Awwissu 1991 Ruma, Italja | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Panathinaikos | ||
Numru | 9 | ||
Mixtliet | |||
2001–2007 | Lazio | ||
2007–2008 | Manchester United | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2008–2014 | Manchester United | ||
2011 | → Sampdoria (self) | ||
2012 | → Queens Park Rangers (self) | ||
2013 | → VfB Stuttgart (self) | ||
2013 | → Doncaster Rovers (self) | ||
2013–2014 | → Doncaster Rovers (self) | ||
2014 | → Birmingham City (self) | ||
2014–2016 | Cardiff City | ||
2016 | → Nottingham Forest (self) | ||
2016–2018 | Novara | ||
2018– | Panathinaikos | ||
Tim nazzjonali | |||
2009–2012 | Italja U-21 |
Federico "Kiko" Macheda (twieled fit-22 ta' Awwissu 1991) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant ma' Panathinaikos.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled Ruma, Macheda beda l-karriera fil-futbol ma' Lazio. Però, minħabba r-regoli Taljani tal-futbol li jipprevjenu li plejers ta' taħt it-tmintax-il sena jiffirmaw kuntratt professjonali, hu ma setax jissieħeb permanentament mal-klabb, u ftit wara għeluq is-sittax-il sena, hu ġie mixtri mit-tim ta' Manchester United tal-Ingilterra, fejn hemmhekk ir-regoli jħallu li jsir xiri ta' plejers minn sittax-il sena 'il fuq. Wara t-trasferiment ta' familtu fl-Ingilterra, hu uffiċjalment ingħaqad mal-klabb fis-16 ta' Settembru 2007, u ngħata borsa ta' studju għal tliet snin fl-Akkademja tal-klabb.
Manchester United
[immodifika | immodifika s-sors]Hu ngħaqad mal-ewwel mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United, u skorja l-uniku gowl tal-partita fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta' 1–0 kontra Barnsley, nhar il-15 ta' Settembru 2007. Fl-ewwel staġun tiegħu hu spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tim bi tnax-il gowl f'21 dehra, u wasal ukoll biex jagħmel debutt mat-tim tar-riservi fis-26 ta' Frar 2008, meta daħal bħala sostitut fit-68 minuta għal Gerard Piqué fit-telfa ta' 2–0 kontra Liverpool. Fit-12 ta' Mejju 2008, Macheda rċieva midalja wara r-rebħa fil-finali tal-Manchester Senior Cup kontra Bolton Wanderers.
F'għeluq is-sbatax-il sena, Macheda iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United. Fl-istaġun 2008–09, hu kompla mat-tim ta' taħt it-tmintax, waqt li għamel xi dehriet mat-tim tar-riservi. Lejn tmiem l-istaġun, Macheda beda isib aktar post mat-tim tar-riservi, fejn skorja ħames gowls f'sitt partiti, u grazzi għal din il-forma ġie magħżul mal-ewwel tim għall-partita kontra Aston Villa tal-5 ta' April 2009. B'United 2–1 minn taħt u bi bżonn ta' gowl biex iżommu ħajja l-isfida għat-titlu, il-kowċ Alex Ferguson daħħal lil Macheda minflok Nani ftit wara s-siegħa logħob. Wara li Cristiano Ronaldo kiseb il-pari fit-tmenin minuta, Macheda rebbaħ il-partita b'gowl spettakulari minn tarf il-kaxxa l-kbira fit-tielet minuta ta' ħin miżjud.[1]
Wara li ġie msejjaħ fil-bankina għall-ewwel leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Porto, hu għamel it-tieni apparenza mal-klabb fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland. Bi kwarta minn tmiem il-partita, Macheda daħal minflok Dimitar Berbatov u b'inqas minn 61 sekonda fil-grawnd hu skorja għat-tieni darba fil-karriera tiegħu ma' United, fejn xellef xutt ta' Michael Carrick li spiċċa fix-xibka.[2] B'Alex Ferguson iserraħ ħafna mill-istilel tiegħu għas-semifinali tal-FA Cup kontra Everton tad-19 ta' April 2009, Macheda ingħata l-opportunità li jibda' mill-ewwel minuta. Però, Macheda naqas li jiskorja u ġie sostitwit aktar tard fil-bidu tal-ħin supplementari minn Dimitar Berbatov.[3] L-ewwel partita mal-ewwel ħdax fil-Premier League waslet kontra Middlesbrough fir-rebħa ta' 2–0, ta' nhar it-2 ta' Mejju 2009, imma naqas li jispiċċa fost l-iskorers u ġie sostitwit għaxar minuti fit-tieni taqsima.[4]
L-istaġun 2009–10 ta' Macheda beda b'dehriet fit-tielet u r-raba' rawnd tal-League Cup kontra Wolverhampton Wanderers u Barnsley rispettivament. Hu ddebutta fic-Champions League fit-3 ta' Novembru kontra CSKA Moscow. Nhar it-2 ta' Diċembru, 2009, Macheda iffirma kuntratt ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sa Ġunju tal-2014.[5] Lejn l-aħħar tas-sena, Macheda weġġa' u kellu joqgħod barra mil-logħob sal-21 ta' Jannar, meta rritorna fil-partita tar-riservi kontra Sunderland. L-ewwel dehra tiegħu fil-kampjonat għal dan l-istaġun waslet fir-rebħa ta' 4–0 kontra Bolton fis-27 ta' Marzu, fejn ħa post Ryan Giggs fl-84 minuta. B'Wayne Rooney mweġġa' wara l-konfront kontra Bayern Munich miċ-Champions League, Macheda ġie msejjaħ fuq il-bankina għal-logħba kontra Chelsea tat-3 ta' April, valida għall-Premier League. B'United 1–0 minn taħt, Macheda ġie introdott fit-72 minuta; Chelsea skurjaw it-tieni gowl fid-79 minuta, qabel ma Macheda skorja gowl ta' konsolazzjoni żewġ minuti wara.
Nhar it-13 ta' Novembru, Macheda skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-istaġun 2010–11 fejn għen lil United jirkupraw żewġ gowls minn taħt, meta skorja l-ewwel gowl fil-pari ta' 2–2 barra minn darhom kontra Aston Villa.[6]
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | |||
Manchester United | 2008–09 | 4 | 2 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | 2 | |
2009–10 | 5 | 1 | 0 | 0 | 3 | 0 | 2 | 0 | 10 | 1 | ||
2010–11 | 7 | 1 | — | 3 | 0 | 2 | 0 | 12 | 1 | |||
2011–12 | 3 | 0 | — | 2 | 1 | 1 | 0 | 6 | 1 | |||
2012–13 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 3 | 0 | ||
2013–14 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | ||
Total | 19 | 4 | 1 | 0 | 9 | 1 | 7 | 0 | 36 | 5 | ||
Sampdoria (self) | 2010–11 | 14 | 0 | 2 | 1 | — | — | 16 | 1 | |||
Queens Park Rangers (self) | 2011–12 | 3 | 0 | 3 | 0 | — | — | 6 | 0 | |||
VfB Stuttgart (self) | 2012–13 | 14 | 0 | 1 | 0 | — | 3 | 0 | 18 | 0 | ||
Doncaster Rovers (self) | 2013–14 | 15 | 3 | — | — | — | 15 | 3 | ||||
Birmingham City (self) | 2013–14 | 18 | 10 | — | — | — | 18 | 10 | ||||
Cardiff City | 2014–15 | 21 | 6 | 2 | 0 | 2 | 2 | — | 25 | 8 | ||
2015–16 | 6 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | — | 8 | 0 | |||
2016–17 | 0 | 0 | — | 0 | 0 | — | 0 | 0 | ||||
Total | 27 | 6 | 3 | 0 | 3 | 2 | — | 33 | 8 | |||
Nottingham Forest (self) | 2015–16 | 3 | 0 | — | — | — | 3 | 0 | ||||
Novara | 2016–17 | 17 | 6 | — | — | — | 17 | 6 | ||||
Total fil-karriera | 130 | 29 | 10 | 1 | 12 | 3 | 10 | 0 | 162 | 33 |
Statistika korretta sal-24 ta' April 2017.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Hughes, Ian (2009-04-05). "Man Utd 3-2 Aston Villa" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-05.
- ^ Hassan, Nabil (2009-04-11). "Sunderland 1-2 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-11.
- ^ McNulty, Phil (2009-04-19). "Man Utd 0-0 Everton (aet)" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-05-04.
- ^ Chowdhury, Saj (2009-05-02). "Middlesbrough 0-2 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-05-04.
- ^ "Federico Macheda signs new Manchester United deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-12-02. Miġbur 2009-12-02.
- ^ "Aston Villa 2-2 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-12-02. Miġbur 2009-12-02.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Federico Macheda fuq Soccerbase
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1991
- Futbolers Taljani
- Plejers ta' SS Lazio
- Plejers ta' Manchester United FC
- Plejers ta' UC Sampdoria
- Plejers ta' Queens Park Rangers FC
- Plejers ta' VfB Stuttgart
- Plejers ta' Doncaster Rovers FC
- Plejers ta' Birmingham City FC
- Plejers ta' Cardiff City FC
- Plejers ta' Nottingham Forest FC
- Plejers ta' Novara Calcio
- Plejers tas-Serie A
- Plejers tal-Premier League
- Plejers tal-Fußball-Bundesliga