Commonwealth tan-Nazzjonijiet
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Commonwealth tan-Nazzjonijiet, jew il-Commonwealth, hi organiżżażjoni ta' ħamsa u tletin pajjiż indipendenti, li ħafna minnhom kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Ingliż. Dawn il-pajjiżi jikkollaboraw flimkien u jaħdmu sabiex, fost oħrajn jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-iggovernar tajjeb, il-liberta tal-persuna umana, il-kummerċ ħieles, u l-paċi fid-dinja.
L-Organiżżażjoni taf il-bidu tagħha bl-Istatut ta' Westminster tal-1931, liema statut jgħid li l-pajjiżi membri tal-Commonwealth huma indaqs u għandhom ilkoll l-istess importanza.
Il-Commonwealth għandha l-kap tagħha, kariga ċerimonjali u li hi preżentament okkupata mill-Maesta Tagħa ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra. Barra minn hekk, ir-Reġina hi ukoll il-Monarka ta' sittax -il pajjiż membru tal-Commonwealth.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Oriġini
[immodifika | immodifika s-sors]Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, bosta pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Ingliż bdew isiru aktar indipendenti. F'dan il-perjodu, kienu qiegħdin isiru bosta laqgħat bejn Prim Ministri Brittaniċi u Kolonjali, liema laqgħat wasslu sabiex jiġu żviluppati "Konferenzi Imperjali". F'dawn il-konferenzi, l-indipendenza tal-kolonji kienet aċċettata minn kullħadd, u dan issaħħaħ bid-Dikjarazzjoni ta' Balfour fl-1926, li kienet tgħid li l-Ingilterra u d-dominji tagħha kienu ugwali fl-istatus, u bl-ebda mod inferjuri minn xulxin f'kull aspett, intern jew estern, għalkemm maqgħqudin bir-rispett lejn il-kuruna u l-għaqda ħielsa bħala Membri tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet
Wara t-tieni Gwerra
[immodifika | immodifika s-sors]Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dak li kien l-Imperu Ingliż spiċċa biss erbatax -il pajjiż barra r-Renju Unit, l-aktar minħabba l-qawmien ta' movimenti favur l-indipendenza mill-Ingilterra. Pero', ħafna minn dawn il-pajjiżi xorta baqgħu membri tal-Commonwealth. Il-pajjiżi li għażlu li ma jidħlux fil-Commonwealth huma l-Eġittu, l-Iraq, it-Transġordan, il-Palestina, is-Sudan, is-Somalja, il-Kuwajt, il-Bahrain, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, Burma u Aden.
Id-Dikjarazzjoni ta' Londra
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1948, ir-Repubblika tal-Irlanda ma baqgħetx tirrikonoxxi lir-Reġina tal-Ingilterra bħala l-Kap tal-Istat tagħha, u għalekk telqet mill-Commonwealth. Dan wassal għal diżgwid bejn il-pajjiżi l-oħra membri tal-Commonwealth, l-aktar l-Indja li kienet se ssir repubblika fl-1950. Dan id-diżgwid issolva f'April 1949, fejn permezz tad-Dikjarazzjoni ta' Londra, l-Indja qablet li tkompli tagħraf lir-Reġina tal-Ingilterra bħala Kap tal-Commonwealth. Bosta pajjiżi oħra mxew fuq il-passi tal-Indja, u bosta jgħidu li din id-Dikjarazzjoni wasslet għall-Commonwealth tallum.