Aqbeż għall-kontentut

Attakki tal-11 ta' Settembru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Chrisportelli (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 18:03, 10 Settembru 2011. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.

L-attakki tal-11 ta' Settembru (imsejħin fil-qasir "9/11"), kienu serje ta' erba' attakki suwiċidi koordinati immirati lejn siti speċifiċi fil-belt ta' New York u f'Washington, l-Istati Uniti, nhar il-11 ta' Settembru, 2001.

F'dik il-għodwa, 19-il terrorista mill-grupp Iżlamiku militanti al-Qaeda ħatfu erba' ajruplani tal-passiġġieri fi triqithom lejn San Francisco u Los Angeles wara li dawn telqu minn Boston, Newark, u Washington. Il-pirati tal-ajru kraxxjaw intenzjonalment żewġ ajruplani fit-Twin Towers tal-World Trade Center fil-belt ta' New York. Fid-8:46 a.m., American Airlines Flight 11 daħal fin-North Tower u fid-9:03 a.m. United Airlines Flight 175 daħal fis-South Tower; iż-żewġ torrijiet waqgħu wara sagħtejn. Il-pirati tal-ajru kraxxjaw it-tielet ajruplan American Airlines Flight 77 fid-9:37 a.m. fil-Pentagon f'Arlington, Virginia. Meta l-passiġġieri ppruvaw jieħdu kontroll tar-raba' ajruplan, United Airlines Flight 93, dan ikkraxxja fl-10:03 a.m. f'għalqa qrib Shanksville, Pennsylvania, u hekk ma tħallix jasal għall-mira tiegħu f'Washington, probabilment il-Capitol jew il-White House. Mietu kważi 3,000 ruħ f'dawn l-attakki.

Is-suspetti mill-ewwel waqgħu fuq al-Qaeda, u fl-2004, il-mexxej tal-grupp Osama bin Laden, li fil-bidu ċaħad l-involviment tiegħu, ħa r-responsabbiltà għall-attakki. Al-Qaeda u Bin Laden qalu li l-attakki saru minħabba l-appoġġ Amerikan lill-Israel, il-preżenza tat-truppi Amerikani fl-Għarabja Sawdita, u s-sanzjonijiet kontra l-Iraq. L-Istati Uniti wieġbu għall-attakki tal-11 ta' Settembru bil-War on Terror, meta invading l-Afganistan biex ineħħu t-Taliban, li kienu qed jaħbu għandhom lill-membri tal-Al-Qaeda. Ħafna pajjiżi ħarrxu l-liġijiet tagħhom kontra t-terroriżmu. F'Mejju 2011, Bin Laden instab u nqatel.

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA