2 ta' Jannar
data
It-2 ta' Jannar hi t-tieni ġurnata tas-sena fil-kalendarju Gregorjan. Għad baqa' 363 ġurnata għal tmiem is-sena (364 fi snin biżestili).
◄ | Jannar | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
31 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 |
14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 |
21 | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 |
28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
Ġrajjiet
immodifika- 366 – L-Alemanni qasmu x-xmara friżata tar-Renu u nvadew lill-Imperu Ruman
- 533 – Merkurju sar Papa Ġwanni II, l-ewwel papa li adotta isem ġdid meta tela' f'din il-kariga
- 1492 – Reconquista: l-emirat tal-Granada, l-aħħar "blata" tal-Mori fi Spanja, ċediet
- 1777 – Gwerra tal-Indipendenza Amerikana: Il-forzi Amerikani taħt il-kmand ta' George Washington reġġgħu lura attakk Brittaniku fil-Battalja ta' Assunpink Creek qrib Trenton, fi New Jersey
- 1788 – Il-Ġeorġja sar r-raba' stat li rratifika l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti
- 1791 – Il-massakru ta' Big Bottom f'Ohio Country immarka l-bidu tal-Gwerra indiġena tal-Majjistral
- 1793 – Ir-Russja, il-Prussja u l-Awstrija qasmu bejniethom il-Polonja
- 1839 – Ittieħed l-ewwel ritratt tal-qamar minn Louis Daguerre.
- 1860 – L-astronomu Franċiż Urbain Le Verrier espona lill-Akkademja tax-Xjenza Franċiża t-teorija tiegħu tal-eżistenza tal-pjaneta Vulkan.
- 1871 – Amadeo I sar Re ta' Spanja
- 1872 – Brigham Young ġie arrestat minħabba poligamija (25 mara)
- 1900 – John Hay ħabbar il-politika tal-bieb miftuħ sabiex jippromwovi l-kummerċ maċ-Ċina
- 1905 – Gwerra Russo-Ġappuniża: Il-gwarniġjon Russu ċeda f'Port Arthur, iċ-Ċina
- 1935 – Bruno Hauptmann tressaq il-qorti bl-akkuża ta' ħtif u qtil tat-tifel ta' Charles Lindbergh.
- 1941 – It-Tieni Gwerra Dinjija: L-ibbumbardjar qalil tal-Ġermaniżi kkawża ħsarat kbar fil-Katidral ta' Llandaff f'Cardiff, ġewwa Wales
- 1942 – L-FBI irnexxielha tikxef organizzazzjoni ta' spjunaġġ li kienu qed jaħdmu għall-Ġermanja
- 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Manila ġiet maqbuda mill-forzi Ġappuniżi
- 1945 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Nuremberga ġiet ibbumardjata bil-kbir mill-forzi tal-Alleati
- 1949 – Luis Muñoz Marín sar l-ewwel Gvernatur ta' Porto Riko elett b'mod demokratiku
- 1955 – Il-President tal-Panama José Antonio Remon ġie maqtul
- 1959 – Luna 1, l-ewwel vettura spazjali li qarbet lejn il-Qamar u li daret madwar ix-Xemx, ġiet varata mill-Unjoni Sovjetika
- 1959 – Che Guevara inħatar bħala kmandant tal-ħabs ta' La Cabaña
- 1971 – 66 partitarju mietu fir-rassa waqt logħba tal-futbol bejn Rangers u Celtic
- 1974 – Il-President Richard Nixon iffirma abbozz li naqqas il-veloċità massima fl-Istati Uniti għal 55 mil fis-siegħa sabiex jiġi konservat il-gażolina waqt interdett tal-OPEC
- 1993 – Il-kapijiet tat-tliet fazzjonijiet fi gwerra fil-Bożnija ltaqgħu ma' xulxin sabiex jiddiskutu l-pjanijiet għall-paċi
- 2001 – Sila Calderón saret l-ewwel Gvernatur mara ta' Porto Riko
- 2006 – Splużjoni f'min f'Sago, Virginia tal-Punent ħalliet 12-il minatur mejjet, u ieħor f'kundizzjonijiet kritiċi