Infographics

Il-ġabra ta' infografika animata li jipproduċi s-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari tikkonsisti fi gwidi viżivi u interattivi, li jiġu aġġornati regolarment, biex jgħinuk issib l-informazzjoni li jkollok bżonn fir-rigward ta' kwistjoni kumplessa.

21-09-2022 - 12:16

Dan is-sit web jipprovdi fatti u ċifri ewlenin dwar il-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu (MPE), sew għal-leġiżlatura attwali u sew għal-leġiżlaturi preċedenti kollha minn meta ġew introdotti l-elezzjonijiet diretti fl-1979. Tista' tagħżel data li tmur lura sal-1979, fi tliet punti partikolari ta' kull leġiżlatura (il-bidu, in-nofs u t-tmiem ta' kull leġiżlatura).

29-06-2022 - 00:00

L-Unjoni Ewropea ħolqot strument rivoluzzjonarju, Next Generation EU (NGEU), biex tikkumbatti l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus u tgħin lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, diġitali u inklużivi. Din l-infografika interattiva turi kif sejrin l-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza ffinanzjati mill-NGEU.

01-06-2021 - 00:00

L-introduzzjoni tat-teknoloġija 5G se jkollha impatt konsiderevoli fuq firxa wiesgħa ta' aspetti ta' ħajjitna. Skopri dak li nafu dwar it-teknoloġija bl-immappjar viżwali tagħna – li jkopri l-kuntest politiku u regolatorju tal-5G, l-effetti li aktarx se jkun hemm fuq in-negozju, it-tħassib dwar is-saħħa u ċ-ċibersigurtà, kif ukoll dettalji dwar it-teknoloġija nnifisha. Ibda billi tagħti ħarsa ġenerali, u idħol aktar fil-fond biex taċċessa aktar dettall, inklużi intervisti ma' esperti u grafiki spjegattivi.

02-10-2020 - 00:00

Il-JTF għandu l-għan li jappoġġa r-reġjuni tal-faħam u dawk bl-ogħla intensità ta' emissjonijiet industrijali ta' gassijiet serra biex jiffaċċjaw l-isfidi tat-tranżizzjoni lejn il-ksib tan-newtralità klimatika sal-2050 u biex inaqqsu l-emissjonijiet b'tal-anqas 50 % sal-2030. Din l-infografika toffri informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament allokat u tispjega l-metodu ta' allokazzjoni użat għad-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE lill-Istati Membri kollha.