Aqbeż għall-kontentut

Rumanija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rumanija
România
România – Bandiera România – Emblema
Innu nazzjonali: "Deșteaptă-te române!"
Qum Minn Hemm, Rumen!

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Bukarest
44°25′N 26°06′E / 44.417°N 26.1°E / 44.417; 26.1

Lingwi uffiċjali Rumen[1]
Gvern Repubblika semi-presidenzjali unitarja
 -  President Klaus Iohannis
 -  Prim Ministru Florin Cîțu
 -  President tas-Senat Anca Dragu
 -  President tal-Kamra Ludovic Orban
Formazzjoni
 -  Unjoni Żgħira 24 ta' Jannar 1859 
 -  Indipendenza mill-
Imperu Ottoman
1877 \ 1878 
 -  Unjoni Kbira 1 ta' Diċembru 1918 
 -  Sbuħija fl-Unjoni Ewropea 1 ta' Jannar 2007 
Sħubija fl-UE 1 ta' Jannar 2007
Erja
 -  Total 238,391 km2 (83)
92,043 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 3
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2011 20,121,641[2] 
 -  Densità 84.4/km2 (118)
218.6/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $273.411 biljun[3] 
 -  Per capita $12,808[3] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $169.384 biljun[3] 
 -  Per capita $7,934[3] 
IŻU (2013) Increase 0.786[4] (għoli) (56)
Valuta leu Rumen (RON)
Żona tal-ħin EET (UTC+2)
Kodiċi telefoniku +40
TLD tal-internet .ro1
1 Id-dominju .eu hija wkoll użata u maqsuma mal-istati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropeja.
Organizzazzjoni territorjali
Mappa ta' Rumanija
Mappa Hidrografika ta'Rumanija
Moldoveanu Peak (Rumen: Vârful Moldoveanu), b'altitudni ta' 2544 m, hija l-ogħla muntanja fir-Rumanija. Hija tinsab fid-distrett ta 'Argeş, fil-Muntanji Făgăraș tal-Karpazji tan-Nofsinhar.
It-teżor Pietroasele skopert fir-Rumanija, attribwit lill-Visigoths (Tezaurul de la Pietroasele)
Bolla tal-Moldova mill-1998 li tfakkar it-80 sena tal-Unjoni mar-Rumanija.
Mappa tar-Rumanija b'żoni ta' Reżistenza Armata Anti-Komunista mmarkati bl-aħmar (1947-1962)

Ir-Rumanija (Rumen:România) hi pajjiż li tinsab fl-intersezzjoni tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tax-Xlokk, bi fruntiera mal-Baħar l-Iswed.[5] Ir-Rumanija għandha fruntiera komuni mal-Ungerija u s-Serbja fil-Punent, l-Ukrajna u l-Moldova fil-Grigal u l-Lvant, u l-Bulgarija fin-Nofsinhar. B'238,391 kilometru kwadru (92,043 mi kw), ir-Rumanija hija t-tmien l-akbar pajjiż tal-Unjoni Ewropea mill-erja, u għandha s-seba' l-akbar popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea b'20,121,641 persuna (Ottubru 2011). Il-belt kapitali u l-ikbar belt hija Bukarest, li hija s-sitt l-akbar belt fl-Ewropa.

Il-Prinċipalitajiet Uniti ħarġu meta t-territorji tal-Moldavja u Wallachia kienu magħquda taħt il-Prinċep Alexander Ioan Cuza fl-1859. Fl-1866, il-Prinċep Karl tal-Hohenzollern-Sigmaringen kien imsejjaħ għat-tron bħala l-prinċep renjanti tal-Prinċipat Rumen u fl-1881 kien finalment inkurunat bħala Re Carol I l-ewwel monarka tar-Renju tar-Rumanija. L-indipendenza mill-Imperu Ottoman kienet iddikjarata fid-9 ta' Mejju 1877, u kienet internazzjonalment rikonoxxuta fis-sena ta' wara. Fl-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, it-Transilvanja, Bukovina u Bessarabja ngħaqdu mar-Renju tar-Rumanija.

Total tal-fruntieri tar-Rumanija: 2,844 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): Bulgarija 605 km; Ungerija 424 km; Moldova 683 km; Serbja 531 km; Ukraina 601 km.

Organizzazzjoni territorjali[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-1968, it-territorju tar-Rumanija ġie maqsum f'41 kontea, li magħhom trid tiżdied il-muniċipalità ta' Bukarest li, għalkemm hija s-sede tal-kontea ta' Ilfov, hija amministrata separatament bħala muniċipalità bi status ta' kontea u li ma tifformax parti. ta' Ilfov, il-kontea tal-madwar.

Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Rumanija hija repubblika semipresidenzjali b’kap tal-gvern - il-Prim Ministru - u kap tal-istat - il-President. Il-funzjonijiet eżekuttivi huma miżmuma kemm mill-gvern kif ukoll mill-President. Il-pajjiż huwa maqsum f’41 kontea u l-muniċipalità ta’ Bukarest. Kull kontea hija amministrata minn kunsill tal-kontea, responsabbli għall-affarijiet lokali, u minn prefett responsabbli għall-amministrazzjoni tal-affarijiet nazzjonali fil-livell tal-kontea.[6]

Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Rumanija fl-2018 kienu l-industrija (26.1 %), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.2 %), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.5 %).[6]

Il-kummerċ fl-UE jammonta għal 77 % tal-esportazzjonijiet tar-Rumanija (il-Ġermanja 23 %, l-Italja 11 % u Franza 7 %), filwaqt li barra mill-UE 3 % jmorru fit-Turkija u 2 % fl-Istati Uniti.[6]

F’termini ta’ importazzjonijiet, 75 % jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20 %, l-Italja 9 % u l-Ungerija 7 %), filwaqt li barra mill-UE 5 % jiġu miċ-Ċina u 4 % mit-Turkija.[6]

Ir-Rumanija fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm 32 membru tal-Parlament Ewropew mir-Rumanija.[6]

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Rumen, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[6]

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[6]

Matul dawn is-sitt xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenza Rumena:Jan-Ġun 2019[6]

Il-Kummissarju nominat mir-Rumanija għall-Kummissjoni Ewropea hi Adina-Ioana Vălean, li hi responsabbli għat-Trasport.[6]

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[6]

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[6]

Ir-Rumanija għandha 14-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[6]

Ir-Rumanija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" tar-Rumanija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.[6]

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. [6]

Ċifri tal-2018 għar-Rumanija:[6]

  • Nefqa totali tal-UE fir-Rumanija – 4.865 biljun (ekwivalenti għal 2.45 % tal-ekonomija Rumena)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE 1.655 biljun (ekwivalenti għal 0.83 % tal-ekonomija Rumena)

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Rumanija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta' riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[6]

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Idrografija[immodifika | immodifika s-sors]

Xmajjar[immodifika | immodifika s-sors]

Lagi[immodifika | immodifika s-sors]


Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]



Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-09-07. Miġbur 2013-07-21.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  2. ^ "Recensământul populației, date oficiale. România are o populație de 20.121.641 de cetățeni", Știrile PRO TV, 4 Lulju, 2013
  3. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Rumanija". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  4. ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  5. ^ NATO (ed.). "North Atlantic Treaty Organization". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  6. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l europa.eu, Rumanija