Oscar Wilde
Dehra
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Oscar Fingal O'Flahertie Wills Wilde (twieled f'Dublin fis-16 ta' Ottubru 1854 – miet f'Pariġi fit-30 ta' Novembru 1900) kien drammaturgu bisesswali Irlandiż. Huwa magħruf għal xogħlijiet kbar fosthom Salomé, L-Importanza li tkun Serju (The Importance of Being Earnest), Żewġ Ideali (An Ideal Husband), u Ir-Ritratt ta' Dorian Grey (The Portrait of Dorian Grey).
Wilde kien kittieb tal-era Vittorjana. Kien ġie arrestat u kkundannat għal sentejn xogħol iebes minħabba relazzjoni sesswali li kellu ma' ġuvni iżgħar minnu. Dan il-fatt huwa maħsub illi kkontribwixxa għall-mewt tiegħu fl-età ta' 46 sena.