Aqbeż għall-kontentut

Magdalena Tul

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Magdalena Tul
Magdalena Tul (2011)
Magdalena Tul (2011)
Informazzjoni ġenerali
Magħrufa Lady Tullo
Twieldet 29 ta' April 1980 (1980-04-29) (44 sena)
Gdańsk, Polonja
Ġeneru Pop
Snin ta' attività 2000–preżent
Sit uffiċjali magdalenatul.pl

Magdalena Ewa Tul (twieldet fid-29 ta' April 1980) hija kantanta Pollakka.

Fis-sena 2000, ittrasferixxiet minn Gdańsk għall-belt kapitali Varsavja fejn hemmhekk bdiet taħdem bħala kantanta u attriċi għat-teatru mużikali Studio Buffo. Tliet snin wara, Magda issiebħet ma' teatru mużikali ieħor, Roma. Hemmhekk, hi ħadet sehem f'musicals bħal "Miss Saigon", "Grease", "Cats" u "Academy of Mister Kleks".

Magda kienet fil-lista proviżorja ta' kantanti prospettivi għall-Festival tal-Eurovision 2005 f'isem il-Polonja. Sitt snin wara, fl-14 ta' Frar 2011, ġiet magħżula biex iġġorr il-bandiera Pollakka fil-Eurovision Song Contest 2011 ġewwa l-Ġermanja, bil-kanzunetta "Jestem".[1]

  1. ^ Montebello, Edward (2011-02-14). "Poland: Magdalena Tul to Dusseldorf" (bl-Ingliż). Esctoday.com.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Marcin Mroziński
Polonja fil-Festival tal-Eurovision
2011

Suċċessur