Liebru Taljan
Liebru Taljan jew Liebru Korsikan | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus |
Speċi: | L. corsicanus |
Isem binominali | |
Lepus corsicanus (De Winton, 1898) | |
Firxa tal-liebru Taljan |
Il-liebru Taljan jew liebru Korsikan, magħruf xjentifikament bħala Lepus corsicanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent tal-Ewropa u endemiku tal-Italja.
Dan il-liebru huwa speċi mifruxa fil-peniżola Taljana, b'distribuzzjoni miċ-ċentru san-Nofsinhar tal-Italja fejn ħafna drabi jaqsam l-abitat mal-liebru Ewropew (speċi introdotta mil-bniedem għal skop ta' kaċċa) fil-gżira ta' Sqallija, fejn jidher komuni b'popolazzjoni stabbli u b'distribuzzjoni kontinwa, u fil-gżejjer ta' Elba u Korsika fejn kien ġie introdott mill-bniedem.
Il-liebru Taljan għal żmien twil kien meqjus bħala sottospeċi tal-liebru Ewropew.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-liebru huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
- Ordni]] Lagomorpha
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Tassonomija tal-Mammiferi