Aqbeż għall-kontentut

Jacob Bernoulli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jacob Bernoulli
Ħajja
Twelid Bażel, 5 Jannar 1655, 27 Diċembru 1654
Nazzjonalità Żvizzera
Residenza Żvizzera
Mewt Bażel, 16 Awwissu 1705
Post tad-dfin Basel Minster (en) Translate
Familja
Missier Nicholas Bernoulli
Omm Margaretha Bernoulli
Konjuga/i Judith Stupanus (en) Translate
Aħwa
Tribù Familja Bernoulli
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Basel 1671) : il-filosofija
Università ta’ Basel 1676) : teoloġija
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Direttur tat-teżi Nicolas Malebranche (mul) Translate
Peter Werenfels (en) Translate
Studenti dottorali Johann Bernoulli
Jakob Hermann (mul) Translate
Nicolaus I Bernoulli
Lingwi Latin
Franċiż
Ebrajk
Ingliż
Ġermaniż
Swiss German (en) Translate
Għalliema Gottfried Wilhelm Leibniz (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
fiżiku
tabib
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Ġinevra
Bażel
Impjegaturi Università ta’ Basel  (1683 -  1705)
Xogħlijiet importanti Ars Conjectandi (en) Translate
Bernoulli number (en) Translate
Bernoulli distribution (en) Translate
lemniscate of Bernoulli (en) Translate
Bernoulli trial (en) Translate
Bernoulli process (en) Translate
Bernoulli polynomials (en) Translate
logarithmic spiral (en) Translate
binomial distribution (en) Translate
Basel problem (en) Translate
Bernoulli's inequality (en) Translate
Bernoulli theorem (en) Translate
Influwenzat minn Nicolas Malebranche (mul) Translate
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi

Jacob Bernoulli (magħruf ukoll bħala jew Jacques) (27 Diċembru, 1654 - Awissu 16, 1705) kien wieħed mill-matematiċi prominenti ħafna fil-familja Bernoulli.

Jacob Bernoulli twieled f'Basel, fl-Iżvizzera. Mexa ma' xewqet missieru u studja t-teoloġija u daħal fil-ministeru tal-knisja Kalvinista. Imma kontra xewqat il-ġenituri tiegħu, studja wkoll il-matematika u l-astronomija. Ivvjaġġa madwar l-Ewropa mill-1676 sal-1682 fejn tgħallem dwar l-aħħar skoperti fil-matematika u x-xjenzi, li fosthom kien hemm ix-xogħol ta' Robert Boyle u Robert Hooke.

Il-qabar ta' Jacob Bernoulli

Sar jaf dwar il-kalkulu mill-korrispondenza li kellu ma' Gottfried Leibniz, u wara kkollabora ma' ħuh Johann fuq bosta applikazzjonijiet, u partikolarment ippubblika artikli dwar il-kurvi traxxendenti (1696 ) u l-isoperimetrija (1700, 1701). Fl-1690, Jacob Bernoulli sar l-ewwel persuna li żviluppat it-teknika għas-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet differenzjali separabbli.

Meta rritorna lejn Basel fl-1682, waqqaf skola għall-matematika u x-xjenzi. Inħatar professur tal-matematika fl-Università ta' Basel fl-1687 u baqa' f'din il-kariga għall-bqija ta' ħajtu.

Jacob Bernoulli huwa magħruf l-iżjed għax-xogħol Ars Conjectandi (L-Arti tal-konġettura), ippubblikat tmien snin wara mewtu fl-1713 minn neputih Nicholas. F'dan ix-xogħol iddeskriva r-riżultati magħrufa fit-teorija tal-probabbiltà u fl-enumerazzjoni, u spiss ipprovda provi alternattivi ta' riżultati magħrufa. Dan ix-xogħol jinkludi wkoll l-applikazzjoni tat-teorija tal-probabbiltà għal-logħob tal-azzard u l-introduzzjoni tiegħu għat-teorema magħrufa bħala l-liġi tan-numri kbar. It-termini prova ta' Bernoulli u numri ta' Bernoulli ġejjin minn dan ix-xogħol. Il-kratere tal-qmar Bernoulli huwa wkoll msemmi għalih flimkien ma ħuh Johann.

Bernoulli għażel il-figura ta' spirali logaritmika u l-motto Eadem mutata resurgo (Mibdul imma l-istess, nerġa' nirxoxta") għal-lapida tal-qabar tiegħu; però l-ispirali fuq il-lapida hi spirali Arkimedeja[1]. "[Jacques Bernoulli] kiteb li l-ispirali logaritmika tista' tintuża bħala simbolu, jew ta' fortitudni u l-kostanza fl-diffikultajiet, jew tal-ġisem uman, li wara l-bidliet kollha tiegħu, anki wara l-mewt, se jiġi restawrat eżatt u perfett’ ”[2]. Jacob kellu tmien ulied, ħamsa bniet u tlieta subien.

  1. ^ Jacob (Jacques) Bernoulli, The MacTutor History of Mathematics archive, School of Mathematics and Statistics, University of St Andrews, UK.
  2. ^ Livio, Mario, 2002, The golden ratio: the story of Phi, the extraordinary number of nature, art, and beauty Londra .p.116

Bibljografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Hoffman J.E., Bernoulli, Jakob (Jacques) I Vol 2, paġni 46–51
  • Schneider, I., Ars conjectandi f' Landmark Writings in Western Mathematics ed. Ivor Grattan-Guinness, Elsevier 2005, paġni 88–104.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]