Ira Losco
Ira Losco | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Twieled |
31 ta' Lulju 1981 Tas-Sliema, Malta |
Ġeneru | Pop rock, rock, alternattiva |
Snin ta' attività | 1998–preżent |
Sit uffiċjali | www.iralosco.com |
Ira Losco (twieldet fil-31 ta' Lulju 1981) hija kantanta u liriċista Maltija. B'diversi kanzunetti u albums fl-ewwel post tal-klassifika, Ira Losco hi waħda fost l-aktar artisti li biegħet diski f'Malta.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Tiara
[immodifika | immodifika s-sors]Ira bdiet il-karriera tagħha fl-1997 mal-grupp Tiara. Ħarġu d-diska "Teleport Me" għall-Green Label Collection CD u album bl-isem ta' "Hi-Infidelity" fl-2001, li kien jinkludi d-diska li tathom l-akbar suċċess; "Basketball".
Tard fl-2001, Ira ħarġet ukoll album bl-isem; Butterfly, b'diski bħal "Summerbreeze" mad-DJ Malti J.Joy u "Butterfly" mal-kantant tar-rap Malti IQ, li hi verżjoni oħra tal-kanzunetta kantanta minn Claudette Pace fil-festival Malta Song For Europe tal-1996.
Festival tal-Eurovision 2002
[immodifika | immodifika s-sors]Tiara infirdu ftit xhur wara li Ira Losco irrapreżentat lil Malta fl-Festival tal-Eurovision 2002 li saret f'Tallinn. Hi ġiet it-tieni post bid-diska 7th Wonder. Fl-2003, intgħażlet biex tkanta d-diska "Reaching Higher", li kienet id-diska uffiċjali għall-għaxar edizzjoni ta' l-2003 tal-Logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru Malta.
Albums
[immodifika | immodifika s-sors]Someone Else
[immodifika | immodifika s-sors]Bid-19 ta' April 2004, Ira ħarġet l-album "Someone Else" li kien aktar fuq l-istil tagħha ta' pop-rock u rock alternattiv li kellha ma' Tiara. Fit-28 ta' Ġunju 2004, Ira ħarġet it-tieni vidjo mużikali tagħha (wara "7th Wonder") għad-diska "I'm in Love Again".
Fit-28 ta' Jannar 2005 ħareġ ir-remix album ta' "Someone Else", bl-isem "Blends & Remixes of Someone Else". Fih jinsabu remixes minn DJs kbar Maltin bħal DJ Ruby, Miss Roberta u Joseph Armani.
Accident Prone
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li rebħet bosta rikonoxximenti, dehret fuq it-telvixin, magazini u għamlet xi esebizzjonijiet ma' kantanti kbar bħal Elton John, Katie Melua u Melanie C, ħarġet il-kanzunetta "Get Out" fil-Ġermanja u anke "Everyday" fuq ir-radju f'Malta.
It-tielet album tagħha, "Accident Prone" ħareġ fis-16 ta' Novembru 2005. Fih jinsabu disa' diski ġodda, "Get Out", "Everyday" u verżjoni oħra tal-kanzunett ta' Lisa Miskovsky, "Driving One Of Your Cars". L-album mar tajjeb ħafna u d-diski "Everyday", "Get Out", "Don't Wanna Talk About It", "Driving One Of Your Cars", "Accident Prone", "Uh-Oh" u "Waking Up To The Light" ħarġu bħala kanzunetti uffiċjali. Kollha kellhom suċċess kbir u ndaqqu ħafnaminn stazzjonijiet lokali, speċjalment "Accident Prone" u "Uh-Oh".
Unmasked
[immodifika | immodifika s-sors]L-album ta' wara kien verżjoni unplugged ta' wħud mid-diski tagħha, żewġ diski ġodda, verżjoni oħra ta' "Time After Time" ta' Cyndi Lauper, waħda ta' Softcell, "Bedsitter" u oħra ta' The Cure, "Love Song". L-interpretazzjonijiet huma kollha verżjonijiet ta' acoustic rock.
Fortune Teller
[immodifika | immodifika s-sors]F'Lulju 2007, Ira Losco ħarġet il-kanzunetta "Something To Talk About" li se tkun inkluża fl-album li jmiss "Fortune Teller", li hu ppjanat li joħroġ f'Mejju 2008. Wara kien imiss it-tieni silta mużikali minn Fortune Teller, "Don't Look Down". Fl-10 ta' Diċembru 2007, "Living It..." kien maħruġ fiċ-ċinema lokali u fuq DVD. Dan kien jinkludi s-serati memorabbli, kollaborazzjonijiet internazzjonali, vidjos, servizz minn wara l-kwinit, intervista personali u kanzunetti ġodda esklussivi għall-album li jmiss. F'Jannar, il-vidjo mużikali "Don't Look Down" kien maħruġ.
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Diskografija ta' Ira Losco.
Albums
[immodifika | immodifika s-sors]- 2001: Hi-Infidelity (ma' Tiara)
- 2001: Butterfly
- 2004: Someone Else
- 2005: Blends & Remixes Of Someone Else
- 2005: Accident Prone
- 2006: Unmasked
- 2008: Fortune Teller
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Fabrizio Faniello |
Malta fil-Festival tal-Eurovision 2002 |
Suċċessur |