Id-Dsatax-il Emenda għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti
Id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tipprojbixxi kull stat u gvern federali milli jiċħad d-dritt tal-vot lil xi ċittadin minħabba s-sess tiegħu. Din ġiet ratifikata fit-18 ta' Awwissu, 1920.
Test
[immodifika | immodifika s-sors]“ | Id-dritt taċ-ċittadini tal-Istati Uniti li jivvutaw m'għandux jiġi miċħud jew imnaqqas mill-Istati Uniti jew minn kwalunkwe Stat ieħor minħabba s-sess.
Il-Kungress għandu jkollu s-saħħa li jinforsza dan l-artiklu permezz tal-leġislatura approprjata. |
” |
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar id-9 ta' Jannar, 1918, il-President Woodrow Wilson ħabbar li kien jappoġġa din l-emenda. L-għada, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet bi ftit din l-emenda, imma s-Senat irrifjuta li jiddibattiha sa Ottubru. Meta s-Senat ivvota fuq din l-emenda f'Ottubru, din falliet bi tliet voti.
B'riżultat t'hekk, il-Partit Nazzjonali tan-Nisa ħeġġeġ liċ-ċittadini sabiex fl-elezzjonijiet tal-1918 jivvutaw kontra Senaturi li kienu kontra s-suffraġju. Wara dawn l-elezzjonijiet, il-parti l-kbira tal-membri tal-Kungress kienu favur is-suffraġju. Fil-21 ta' Mejju, 1919, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet din l-emenda b'vot ta' 304 favur u 89 kontra u s-Senat fl-4 ta' Ġunju vvota 56 favur u 25 kontra.
Fit-18 ta' Awwissu, 1920, l-Assemblea Ġenerali ta' Tennessee saret is-sitta u tletin leġislatura tal-istat li rratifikat din l-emenda proposta, biex din saret id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.
Proposta u ratifika
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kungress ippropona d-Dsatax-il Emenda fl-4 ta' Ġunju, 1919 u l-istati segwenti rratifikaw din l-emenda:[1]
- Illinois (10 ta' Ġunju, 1919, affermata mill-ġdid fis-17 ta' Ġunju, 1919)
- Michigan (10 ta' Ġunju, 1919)
- Wisconsin (10 ta' Ġunju, 1919)
- Kansas (16 ta' Ġunju, 1919)
- New York (16 ta' Ġunju, 1919)
- Ohio (16 ta' Ġunju, 1919)
- Pennsylvania (24 ta' Ġunju, 1919)
- Massachusetts (25 ta' Ġunju, 1919)
- Texas (28 ta' Ġunju, 1919)
- Iowa (2 ta' Lulju, 1919)
- Missouri (3 ta' Lulju, 1919)
- Arkansas (28 ta' Lulju, 1919)
- Montana (2 ta' Awwissu, 1919)
- Nebraska (2 ta' Awwissu, 1919)
- Minnesota (8 ta' Settembru, 1919)
- New Hampshire (10 ta' Settembru, 1919)
- Utah (2 ta' Ottubru, 1919)
- Kalifornja (1 ta' Novembru, 1919)
- Maine (5 ta' Novembru, 1919)
- North Dakota (1 ta' Diċembru, 1919)
- South Dakota (4 ta' Diċembru, 1919)
- Colorado (15 ta' Diċembru, 1919)
- Kentucky (6 ta' Jannar, 1920)
- Rhode Island (6 ta' Jannar, 1920)
- Oregon (13 ta' Jannar, 1920)
- Indiana (16 ta' Jannar, 1920)
- Wyoming (27 ta' Jannar, 1920)
- Nevada (7 ta' Frar, 1920)
- New Jersey (9 ta' Frar, 1920)
- Idaho (11 ta' Frar, 1920)
- Arizona (12 ta' Frar, 1920)
- New Mexico (21 ta' Frar, 1920)
- Oklahoma (28 ta' Frar, 1920)
- West Virginia (10 ta' Marzu, 1920, konfermata fil-21 ta' Settembru, 1920)
- Washington (22 ta' Marzu, 1920)
- Tennessee (18 ta' Awwissu, 1920)
Ir-ratifika kompliet fit-18 ta' Awwissu, 1920. L-emenda ġiet sussegwentament ratifikata minn dawn l-istati segwenti:
- Connecticut (14 ta' Settembru, 1920, affermata mill-ġdid fil-21 ta' Settembru, 1920)
- Vermont (8 ta' Frar, 1921)
- Delaware (6 ta' Marzu, 1923, wara li ġiet rifjutata fit-2 ta' Ġunju, 1920)
- Maryland (29 ta' Marzu, 1941, wara li ġiet rifjutata fl-24 ta' Frar, 1920; ma ġietx ċertifikata sal-25 ta' Frar, 1958)
- Virginia (21 ta' Frar, 1952, wara li ġiet rifjutata fit-12 ta' Frar, 1920)
- Alabama (8 ta' Settembru, 1953, wara li ġiet rifjutata fit-22 ta' Settembru, 1919)
- Florida (13 ta' Mejju, 1969)
- South Carolina (1 ta' Lulju, 1969, wara li ġiet rifjutata fit-28 ta' Jannar, 1920; ma ġietx ċertifikata qabel it-22 ta' Awwissu, 1973)
- Georgia (20 ta' Frar, 1970, wara li ġiet rifjutata fl-24 ta' Lulju, 1919)
- Louisiana (11 ta' Ġunju, 1970, wara li ġiet rifjutata fl-1 ta' Lulju, 1920)
- North Carolina (6 ta' Mejju, 1971)
- Mississippi (22 ta' Mejju, 1984, wara li ġiet rifjutata fid-29 ta' Marzu, 1920)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Mount, Steve (2007). "Ratification of Constitutional Amendments" (bl-Ingliż). Miġbur 2007-02-24.