Bolla telegrafika
Bolla telegrafika hija tip ta' bolla li tintuża biex tħallas miżati tat-telegrafi. Illum l-użu tagħhom kważi ntemm għal kollox.[1]
Użu
[immodifika | immodifika s-sors]F'ħafna pajjiżi, l-ispiża biex tibgħat telegramma kienet titħallas minn bolol postali. Dawn spiss jistgħu jiġu identifikati mit-timbru telegrafiku distintiv jew inkella mit-toqob ippanċjati. F'xi pajjiżi, bolol speċjali telegrafiċi kienu użati. Kumpaniji privati ukoll ħarġu bolol telegrafiċi fil-pajjiżi fejn in-netwerk telegrafu kien privat.
Bolol militari kienu bolol telegrafiċi maħruġa speċjalment għall-użu mill-forzi armati ta' xi pajjiż. Dawn kienu maħruġa mir-Renju Unit, kif ukoll mill-Kap tat-Tama t-Tajba, il-Kolonja tax-Xmara Orange u s-Sudan.
Nuqqas ta' użu
[immodifika | immodifika s-sors]Il-telegrafu kien sostitwit mill-fax, email, u messaġġi mit-telefon ċellulari, u llum bolol telegrafiċi għadhom jintużaw biss fil-Ħonduras fl-Amerika Ċentrali.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Barefoot, John. Telegraph Stamps of the World. L-1 edizzjoni, 2013, pp. 3. ISBN 090684570X