Aqbeż għall-kontentut

Artiklu (grammatika)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

l-artiklu hija kelma li titqiegħed biswit Nom biex t'indika it-tip ta' referenza li n-nom ikun qiegħed jirrealizza f'ċerta frażi.

L-artiklu fil-lingwa Maltija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Fil-Malti l-artiklu huwa irrealizzat bl-ittra ('l) li tiġi mehmużha bsing (-) mal-kelma ta' warajha.
Eż. l-alfabett; l-għodwa; l-istatwa.
  • L-artiklu iservi biex jiddetermina in-nom. Fil-Malti insibu biss l-Artiklu definit (l-). Dana jitqiegħed quddiem kelma li tibda b'vokali, jew h


Eż.l-ors, l-għar, l-hena.


Il-forma ta' l-Artiklu tista tvarja skond l-ewwel vokali jew konsonanti fil-kelma li tinsab quddiemha jew warajha:


  • Quddiem kelma li tibda b'żewġ konsonanti fejn l-ewwel waħda tkun: m, n, r, s, x, in-nom jieħu quddiemu l-vokali tal-leħen.


Eż. l-iadda, l-inbid, l-irdum, l-ispaga, l-ixkupa



Eż. l-baħar --> il-baħar, l-qattus --> il-qattus.


  • Quddiem nomi li jibdew b'konsonanti xemxin, il-vokali ewfonika jingħaqad ma' l-ewwel konsonanti biex jifforma l-artiklu.


Eż. l-naħal --> in-naħal, l-xemx --> ix-xemx.


  • Billi fil-Malti m'għandniex l-artiklu indefinit, ir-referenza indefinita tista' tiġi imfissra bl-għajnuna ta' wieħed jew waħda.


Eż. Kien hemm wieħed raġel kellu qattus iswed faħam.


  • Biex il-kwalità tal-oġġett jiġi iddeterminat, l-Artiklu jinthemeż mal-Aġġettiv.


Eż. il-kikkra l-kbira



mal-, ġol-, għal[l]-, sal-, fil-, tal-, bħal[l]-, lil[l]-, mil[l]-,