Sivilja

kapitali tal-provinċja ta’ Sivilja u l-komunità awtonoma tal-Andalusija fi Spanja

Sivilja (bl-Ispanjol: Sevilla) hija l-kapitali artistika, kulturali u finanzjarja tan-Nofsinhar ta' Spanja. Hi l-belt kapitali tal-komunità awtonoma tal-Andalusija u tal-provinċja ta' Sivilja. Tinsab fil-pjanura tax-xmara Guadalquivir, f'elevazzjoni medja ta' seba' metri 'l fuq mill-baħar. L-abitanti tal-belt jissejħu sevillanos (forma femminili: sevillanas) jew hispalenses mill-isem Ruman tal-belt, Hispalis. Fl-2009, il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal 703,206 ruħ, ir-raba' l-ikbar belt ta' Spanja. Il-popolazzjoni taż-żona metropolitana (iż-żona urbana bil-bliet satelliti magħha) kienet ta' 1,493,416 ruħ fl-2009.

Sivilja
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainAndalusija
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Sivilja
Kap tal-Gvern Juan Espadas Cejas (en) Translate
Isem uffiċjali Sevilla
Ismijiet oriġinali Sevilla
Kodiċi postali 41000–41099
Ġeografija
Koordinati 37°23′19″N 5°59′44″W / 37.3886°N 5.9956°W / 37.3886; -5.9956Koordinati: 37°23′19″N 5°59′44″W / 37.3886°N 5.9956°W / 37.3886; -5.9956
Sivilja is located in Spain
Sivilja
Sivilja
Sivilja (Spain)
Superfiċjenti 140.8 kilometru kwadru
Għoli 18 m
Fruntieri ma' Alcalá de Guadaíra (en) Translate, La Algaba (en) Translate, Camas (en) Translate, Carmona (en) Translate, Dos Hermanas (en) Translate, Gelves (en) Translate, La Rinconada (en) Translate, Salteras (en) Translate, San Juan de Aznalfarache (en) Translate, Santiponce (en) Translate, Tomares (en) Translateu Palomares del Río (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 684,025 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 95
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Angers, Baler, Tarija, Barċellona, Buenos Aires, Columbus (en) Translate, Guadalajara, Ħavana, Kansas City (en) Translate, Rabat, Tifariti, Ho Chi Minh, Krakovja, Cartagena de Indias, Caltanissetta, Ruma, Jerez de la Frontera, Belt ta' Kansas, Popayán, Isla Cristina, Berlin, Iquiqueu Rostov
sevilla.org

Il-Katidral, il-kastell magħruf bħala Alcázar u l-Archivo de Indias (l-Arkivju tal-Indji) f'Sivilja tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[1]

Perjodi bikrija

immodifika

Sivilja għandha aktar minn 2,000 sena. Il-mogħdija ta' bosta ċiviltajiet, fundamentali fit-tkabbir tagħha, ħallewha b'personalità distinta, u b'ċentru storiku kbir u kkonservat tajjeb. Għalkemm għandha wirt għani medjevali, rinaxximentali u barokk, l-influwenza qawwija tal-kultura Għarbija għadha tidher fil-belt.

Fiż-żminijiet Rumani l-belt kienet magħrufa bħala Hispalis. Il-belt Rumana ta' Italica fil-qrib, li dak iż-żmien kienet belt prinċipalment reżidenzjali, hi kkonservata tajjeb u tista' tagħti impressjoni ta' kif Hispalis x'aktarx kienet tidher tard fil-perjodu Ruman, speċjalment meta wieħed jieħu fil-kuntest ix-xiehda mill-iskavi fil-belt viċina ta' Carmona. Fost il-bini Ruman f'Sivilja li għadu jeżisti insibu l-fdalijiet ta' akkwedott. Matul is-sekli 5 u 6, kien hemm konkwisti wara xulxin tal-provinċja Ruman ta' Hispania Baetica mill-Vandali u l-Viżigoti.

Epoka Għarbija

immodifika
 
Munita tal-Almoravidi, Sivilja, Spanja, 1116, British Museum

Sivilja ttieħdet mill-Misilmin fis-712 u ngħatat l-isem ġdid ta' Ixbilija (إشبيلية) li ġej minn Hispalis u li minnu ġie l-isem attwali ta' "Sevilla". Kienet il-belt kapitali tar-rejiet tal-Kalifat Umajjad, id-dinastija tal-Almoravidi, u d-dinastija tal-Almohad (mill-Għarbi الموحدون al-Muwaħħidun, jiġifieri, "l-monoteisti"), mis-seklu 8 sas-seklu 13. Fl-1248 il-forzi tar-re Ferdinandu III ħadu Sivilja, parti mir-Reconquista (rikonkwista) Kattolika tal-peniżola. Baqa' ħafna elementi Għarbin oriġinali, fosthom bini pubbliku, l-istruttura urbana fid-distrett storiku, u partijiet kbar tas-swar tal-belt. L-influwenzi estetiċi u urbani Għarbin għadhom jidhru sewwa f'Sivilja tallum.

Wara r-Reconquista

immodifika
Wara l-ispedizzjoni ta' Kristofru Kolombu tal-1492 lejn id-Dinja l-Ġdida, il-belt bdiet tipprofitta mit-territorji ġodda u l-kummerċ fil-Karibew billi kull ma kien jiġi importat mid-Dinja l-Ġdida kellu jgħaddi mid-dwana tal-Casa de Contratacion qabel ma jinfierex mal-bqija ta' Spanja. Għalhekk bdiet "Età mdehba ta' żvilupp" minħabba li dan il-port biss ingħata l-monopolju rjali għall-kummerċ u għana dejjem jikbru mill-kolonji Spanjoli fl-Ameriki. Peress li biss ix-xwieni li jitilqu minn u jirritornaw lejn Sivilja setgħu jieħdu sehem fil-kummerċ mal-Ameriki Spanjoli, in-negozjanti mill-Ewropa u minn ċentri oħra tal-kummerċ kellhom imorru Sivilja biex jiksbu prodotti mid-Dinja l-Ġdida. Il-popolazzjoni tal-belt kibret għal kważi miljun ruħ fl-ewwel mitt sena wara Kolombu. L-iżvilupp tal-belt kompla, prinċipalment minħabba l-pożizzjoni ekonomika tagħha fir-Renju ta' Kastilja, bil-kostruzzjoni ta' bini pubbliku fosthom knejjes, li ħafna minnhom huma fl-istil Mudéjar. Il-Palazz tal-Għarab b'xi żiedet li r-rejiet għamlu għall-bżonnijiet tagħhom, sar ir-residenza rjali Kastiljana, l-Alkażar ta' Sivilja. Is-sulari ta' fuq tal-Alkażar għadhom jintużaw mill-familja rjali bħala r-residenza uffiċjali f'Sivilja u huma amministrati mill-Patrimonio Nacional. Il-Katidral ta' Sivilja nbena fuq l-art tal-moskea l-kbira matul is-seklu 15. Il-kampnar tiegħu, il-Giralda, inbena mill-minarett tal-moskea[2].
 
Archivo de Indias

Tard fis-seklu 16, Sivilja tilfet il-monopolju u l-port ta' Cádiz ġie awtorizzat ukoll bħala port tal-kummerċ. Il-Pesta l-Kbira ta' Sivilja fl-1649 naqqset il-popolazzjoni bi kważi n-nofs, u din ma reġgħitx irkuprat sa kmieni fis-seklu 19[3]. Peress li l-Imperu Spanjol ġie unifikat taħt rejiet minn dinastiji Ewropej, ir-Renju ta' Kastilja tilef l-influwenza li kellu qabel. Mis-seklu 18 l-importanza internazzjonali tiegħu marret lura. Wara li l-port insadd bil-ħama mix-xmara Guadalquivir, il-vapuri ma baqgħux jitilgħu max-xmara u l-belt majnat ekonomikament. L-iżvilupp ta' Sivilja tard fis-seklu 19 u kmieni fis-seklu 20 kien ikkaratterizzat minn tkabbir fil-popolazzjoni u fl-industrijalizzazzjoni, b'kuntrast mal-bqija tal-Andalusija.

Sivilja waqgħet malajr ħafna fil-bidu tal-Gwerra Ċivili Spanjola fl-1936. Il-Ġeneral Queipo de Llano b'kolp ta' stat fil-belt, malajr ħa ċ-ċentru tagħha[4]. Radju Sivilja oppona l-kolp u sejjaħ lir-raħħala biex jiġu l-belt għall-armi, filwaqt li xi gruppi ta' ħaddiema waqqfu l-barrikati [4]. De Llano mbagħad ħa f'idejh Radju Sivilja, li uża biex ixxandar il-propaganda favur il-forzi ta' Franco[4]. Wara li ttieħdet il-belt, ir-reżistenza kompliet għal xi żmien fl-inħawi fejn kienu joqgħodu n-nies tal-klassi tax-xogħol, sakemm kien hemm sensiela ta' tpattijiet ħorox[5].

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Sivilja fis seklu 16

Il-Katidral, il-kastell magħruf bħala Alcázar u l-Archivo de Indias (l-Arkivju tal-Indji) f'Sivilja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; il-kriterju (ii) “Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”; u l-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju”.[1]

Postijiet ta' interess ewlenin

immodifika

Bini prinċipali

immodifika
 
Veduta tal-Katidral
 
Torre del Oro
  • Il- Katidral ta' Sivilja nbena mill-1401 sal-1519 wara r-Reconquista fuq is-sit fejn qabel kien hemm il-moskea tal-belt. Hu fost l-akbar mill-katidrali medjevali u Gotiċi, kemm fl-arja u kemm fil-volum. L-interjuri tiegħu hu l-itwal navata fi Spanja, u hu imżejjen b'rikkezza kbira u b'kwantità kbira ta' deheb. Fil-bini tal-Katidral intużaw mill-ġdid xi kolonni u elementi mill-moskea, u kif hu magħruf minn ħafna, il-Giralda , li kienet oriġinarjament minarett inbidllet f'kampnar. Fil-quċċata tal-kampnar hemm statwa, magħrufa lokalment bħala El Giraldillo, li tirrappreżenta il-Fidi. It-torri minn ġewwa nbena bir-rampi minflok taraġ biex il-mugħaddin (dawk li jgħidu t-talb) ikunu jistgħu jitilgħu biż-żiemel sal-quċċata.
  • L-Alkażar faċċata tal-katidral żviluppa mill-palazz Għarbi antik tal-belt; il-bini nbeda fl-1181 u tkompla għal aktar minn 500 sena,l-iżjed fl-istil Mudéjar , iżda wkoll fir-Rinaxximent. Il-ġonna tiegħu huma taħlita ta' tradizzjonijiet Għarbin, Andalusi, u Nsara.
  • It-Torre del Oro inbena mid-dinastija Almoħad bħala torri tal-għassa u ostakolu difensiv fuq ix-xmara. Kien hemm katina marbuta miegħu għal ġox-xmara biex ma jkunux jistgħu jitilgħu l-iġfna għal ġol-port.
  • Il-Muniċipju inbena fis-seklu 16 fi stil Plateresk għoli mill-arkitett Diego de Riaño. Il-faċċata tal-Plaza Nueva inbniet fis-seklu 19 fi stil neoklassiku.
  • L-Università ta' Sivilja tinsab fil-post fejn qabel kien hemm l-ewwel fabbrika tat-tabakk fl-Ewropa, La Antigua Fábrica de Tabacos, bini enormi tas-seklu 18 fl-istil Barokk allegat li kien l-ispirazzjoni għall-opra Carmen.
  • Il-Plaza de España, fil-Park Maria Luisa (Parque de María Luisa), inbniet mill-arkitett González Anibal għall-Wirja Ibero-Amerikana tal-1929. Din hi wieħed mill-aħjar eżempji tal-Arkitettura tal-Qawmien Reġjonalista, taħlita stramba ta' stili storiċi differenti, bħall Art Deco u Neo-Mudéjar u imżejna b'rikkezza kbira bil-madum maħġuġ tipiku[6][7].

Fl-1929 Sivilja kienet ospiti għall-Wirja Spanjola-Amerikana u ttella' ħafna bini għall-wirja fil-famuż Park Maria Luisa" (Parque de María Luisa) iddisinjat minn Jean-Claude Nicolas Forestier[8]. Il-Plaza de España fi stil Għarbi, tfasslet minn Aníbal González [9]. Din inbniet f'tarf il-Park bħala vetrina tal-industrija u t-teknoloġija Spanjola..

Mużewijiet

immodifika
 
Museo de Artes y Costumbres Populares (Mużew tas-Snajja u Drawwiet Tradizzjonali

Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Sivilja twaqqaf fl-1835 fejn qabel kien hemm il-Kunvent ta' la Merced. Fih hemm murija ħafna kapulavuri ta' Murillo, Pacheco, Zurbarán, Valdés Leal, u pitturi kbar oħra tal-Iskola Siviljana, flimkien ma' xogħlijiet ta' pitturi Fjammingi tas-sekli 15 u 16.

F'Sivilja hemm ukoll dawn il-mużewijiet:

  • Il-Park María Luisa (Parque de María Luisa) li fih żewġ mużewijiet: il-Mużew arkeoloġiku, li fih kollezzjonijiet mill-perjodu Tartessjan u l-perjodu Ruman, u l- Mużew tas-Snajja u Drawwiet Tradizzjonali.
  • Iċ-Ċentru Andalus tal-Arti Kontemporanja;
  • Il-Mużew tal-Armata;
  • Il-Mużew Marittimu;
  • Il-Mużew tal-Karozzini;
  • Il-Mużew tal-Arti tal-Flamenco;
  • Il-Mużew tal-Korrida.
  • Il-Palazz tal-Kontessa ta' Lebrija fih ħafna mill-mużajċi tal-art skoperti fil-belt Rumana ta' Italica fil-qrib.
  • Hemm ukoll mużew fil-Casa de Pilatos u s-"Centro Velázquez" jinsab fl-Isptar Antik tal-Qassisin.

Parks u ġonna

immodifika
 
Plaza de España


  • Il-Parque de María Luisa inbena għall-Wirja Dinjija tal-1929 li nżammet f'Sivilja, l- Exposición Ibero-Americana, u baqa' miżmum b'monumenti u mużewijiet attraenti.
  • Il-Ġonna tal-Alkażar tħawlu u ġew żviluppat matul is-sekli ma' ġenb l-Alkażar fil-kenn tal-ħitan tal-palazz, maqsumin f'terrazzi. Hemm insibu varjazzjonijiet ta' influwenzi, stili u pjanti f'kull qasam.
  • Il- Ġonna ta' Murillo u l-Ġonna ta' Catalina de Ribera jinstabu matul il-ħajt tal-Alkażar u jmissu mad-distrett ta' Santa Cruz.
  • L-Isla Mágica, il-Gżira ta' Cartuja, hu park ta' divertiment mibni fuq is-sit tal-Wirja Universali ta' Sivilja tal-1992.

Fost il-parkijiet u l-ġonna prominenti l-oħra hemm:

  • Parque de los Príncipes
  • Parque del Alamillo
  • Parque Amate
  • Parque Metropolitano de la Cartuja
  • Jardines de las Delicias
  • Jardín Americano
  • Jardín Este
  • Jardines de Cristina
  • Jardines Chapina
  • Jardines de la Buhaira
  • Jardines de San Telmo
  • Jardines del Guadalquivir
  • Jardines del Valle
Sivilja
Karta klimatika
JFMAMĠLASOND
 
 
65
 
16
5
 
 
54
 
18
7
 
 
38
 
21
8
 
 
57
 
23
10
 
 
34
 
26
13
 
 
13
 
31
17
 
 
2
 
35
19
 
 
6
 
35
20
 
 
26
 
32
18
 
 
62
 
26
14
 
 
84
 
20
9
 
 
95
 
17
7
temperaturi mass. u min. fi °C
preċipitazzjoni totali f'mm
sors: WMO

Sivilja għandha klima Mediterranja b'sajf sħun (CSA fil-Klassifikazzjoni tal-klima ta' Koppen)[10] influwenzata minn klima semiarida (BSH). It-temperatura medja annwali hija ta' 18.6oC.

  • Ix-xitwa mhijiex ħarxa: Jannar huwa l-iksaħ xahar, b'temperatura massima medja ta' 15.9oC u minima ta' 5.2oC.
  • Is-sajf hu sħun ħafna: Lulju huwa l-isħan xahar, b'temperatura massima medja ta' 35.3oC. Fl-għoli tat-temperatura medja sajfija Sivilja żgur tgħaddi lil Ateni. It-temperatura minima medja ta' Lulju hi ta' 19.4oC u kull sena t-temperatura taqbeż l-40oC bosta drabi. It-temperatura l-iżjed baxxa u t-temperatura l-iżjed għolja rreġistrati fl-istazzjon tat-temp tal-Ajruport ta' Sivilja huma -5.5oC fi Frar 1956, u 46.6oC fit-23 ta' Lulju 1995. Hemm rekord mhux akkreditat mill-Istitut Nazzjonali tal-Meteoroloġija ta' 47.2oC fl-1 ta' Awwissu matul il-mewġa tas-sħana tal-2003 fl-Ewropa, skont l-istazzjon tat-temp 83,910 LEZL li jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-Ajruport ta' Sivilja, ħdejn iż-żona militari abbandunata. Kieku, din it-temperatura hi t-tieni l-ogħla qatt irreġistrata fi Spanja u fl-Ewropa wara t-48.5oC irreġistrati f'Catenanuova għall-ħabta tal-10 ta' Awwissu 1999.
  • Il-preċipitazzjoni tvarja bejn 600 u 800 mm fis-sena, ikkonċentrata fil-perjodu minn Ottubru sa April. Diċembru huwa x-xahar bl-iżjed xita, b'medja ta' 95mm. Fil-medja hemm 52 jum ta' xita, 120.75 jum ta' xemx u erbat ijiem ta' ġlata fis-sena.
  • In-numru medju ta' ġranet isħan minn 32oC huwa 88, in-numru medju ta' ġranet taħt iż-0oC huwa sitta. L-umdità relattiva medja ta' filgħodu hi 84 % waqt li ta' filgħaxija hi 46 %.


  Medji tat-temperaturi għal Sivilja  
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Medja tal-ogħla temperatura °C (°F) 15.9
(61)
17.9
(64)
21.2
(70)
22.7
(73)
26.4
(80)
31.0
(88)
35.3
(96)
35.0
(95)
31.6
(89)
25.6
(78)
20.1
(68)
16.6
(62)
Temperatura medja ta' kuljum °C (°F) 10.55
(51)
12.3
(54)
14.7
(58)
16.4
(62)
19.75
(68)
23.85
(75)
27.35
(81)
27.25
(81)
24.55
(76)
19.55
(67)
14.7
(58)
11.75
(53)
Medja tal-inqas temperatura °C (°F) 5.2
(41)
6.7
(44)
8.2
(47)
10.1
(50)
13.1
(56)
16.7
(62)
19.4
(67)
19.5
(67)
17.5
(64)
13.5
(56)
9.3
(49)
6.9
(44)
Preċipitazzjoni mm (pulzier) 65
(2.56)
54
(2.13)
38
(1.5)
57
(2.24)
34
(1.34)
13
(0.51)
2
(0.08)
6
(0.24)
23
(0.91)
62
(2.44)
84
(3.31)
95
(3.74)
Sors #1: Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (ĠM)[11] Awwissu 2010


Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Fiera ta' Sivilja, La Feria de Sevilla (imsejħa wkoll il-Feria de Abril, "Fiera ta' April") huma l-aktar ż-żewġ festi magħrufin ta' Sivilja. Sivilja hi magħrufa internazzjonalment għall-purċissjonijiet solenni u sbieħ li jsiru matul il-Ġimgħa Mqaddsa u l-fiera ferrieħa u storbjuża li ssir ġimgħatejn wara. Matul il-Feria, il-familji, in-negozji u l-organizzazzjonijiet iwaqqfu casetas jew tined, fejn jgħaddu l-ġimgħa jiżfnu, jixorbu u jpaċpċu. Tradizzjonalment, in-nisa jilbsu l-ilbies mimli tiżjin tal-Flamenco u l-irġiel jilbsu pulit kemm jistgħu. It-tined jittellgħu f'post permanenti apposta li fih kull triq hija msemmija għal xi torero famuż.

Gastronomija

immodifika

Sivilja hi ċentru gastronomiku, bi kċina bbażata fuq il-prodotti tal-provinċji ta' madwar, inklużi frott tal-baħar minn Cádiz, żejt taż-żebbuġa minn Jaén, u sherry minn Jerez de la Frontera.

L-atmosfera tat-tapas hi waħda mill-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-belt: in-nies imorru minn bar għall-ieħor, jieħdu pjaċir bl-ikliet fi platti żgħar imsejħin tapas (letteralment "għotjien" bl-Ispanjol x'aktarx għax oriġinalment kienu snacks servuti fi platti żgħar użati biex jgħattu t-tazzi tax-xorb).

Fost l-ispeċjalitajiet lokali insibu frott tal-baħar moqli u mixwi (inklużi klamari, siċċ, pixxispad u mazzola), laħmijiet mixwijin fiz-zlazi, spinaċi u ċiċri, perżut tal-Andalusija (Jamón ibérico), kliewi tal-ħaruf fiz-zalza tax-sherry, bebbux, u gazpacho.

Fost il-ħlewwiet tipiċi ta' din il-provinċja hemm il-polvorones u l-mantecados mill-belt ta' Estepa, tip ta' galettini magħmulin mill-lewż tal-għarusa, zokkor u xaħam, Pestiños, għaġina moqlija miksija bl-għasel, Torrijas, ħobż moqli bl-għasel; fritos Roscos, qagħaq moqlijin fiż-żejt miksijin biz-zokkor, magdalenas jew kejkijiet żgħar; yemas de San Leandro, li jipprovdu l-kunventi tal-belt b'sors ta' dħul, u Tortas de aceite, kejkijiet irqaq magħmulin biż-żejt taż-żebbuġa u miksijin biz-zokkor. Ħlief il-polvorones u l-mantecados, li huma ikel tradizzjonali tal-Milied, l-oħrajn jittiklu matul is-sena kollha.

Il-larinġ ta' Sivilja li jinsab kullimkien mal-belt, hu morr wisq għall-gosti tallum u s-soltu jintuża biss għall-marmellata u l-lozjonijiet. Skont il-leġġenda, is-siġar ġew importati meta mbniet il-moskea sabiex jipprovdu d-dell għaliha u jgħattu r-riħa tal-belt medjevali.

Flamenco u Sevillanas

immodifika
 
Il-fiera ta' Sivilja

Iż-żifna Sevillanas, li s-soltu hi meqjusa bħala Flamenco, mhijiex maħsuba li hi ta' oriġni Siviljana. Iżda l-kanzunetti tradizzjonali imsejħin Sevillanas huma Siviljani awtentiċi, kif ukoll hi ż-żifna f'erba' partijiet li takkumpanjaha.

Sivilja, u b'mod partikulari il-barrio ta' Triana li hu tradizzjonalment fejn joqgħodu ż-żingari kien ċentru important fl-iżvilupp tal-Flamenco.

Il-Motto

immodifika

"NO8DO" huwa l-motto uffiċjali u wieħed mill-bosta leġġendi ta' Sivilja. Il-motto jdher kullimkien madwar il-belt.

Il-motto huwa rebus, li jikkombina s-sillabi Spanjoli (NO u DO) u disinn bejniethom - il-figura "8". Il-figura tirrappreżenta merilla ħajt, bl-Ispanjol, "madeja". Meta tinqara, "No madeja do" tinstama' "No me ha dejado", li tfisser "(Sivilja) Ma abbandunatnix".

L-istorja ta' kif NO8DO saret il-motto tal-belt bla dubju dejjem iżżejnet matul is-sekli, imma l-leġġenda tgħid li wara r-rikonkwista ta' Sivilja min taħt il-Misilmin fl-1248, ir-Re Ferdinandu III ta' Kastilja u León mexxa l-qorti tiegħu għall-palazz li kien qabel tal-Misilmin, l-Alkażar ta' Sivilja. Wara l-mewt ta' Fernandu fl-Alkażar Irjali, laħaq fuq it-tron, ibnu Alfonsu X. Alfonsu X kien re studjuż, u għalhekk jissejjaħ l-Għaref. Kien poeta, astronomu, astrologu, mużiċista u lingwista. Bin Alfonsu, Sancho IV ta' Kastilja, ipprova jaħtaf it-tron f'idejh minn għand missieru, imma l-poplu ta' Sivilja baqa' leali lejn ir-re l-għaref u dan minn fejn hu ġej NO8DO, skont il-leġġenda, billi Alfonsu X ppremja l-fedeltà tas-Siviljani bil-kliem li issa jidhru fuq l-emblema uffiċjali tal-belt tagħhom.

Relazzjonijiet internazzjonali

immodifika
 
"Carruajes"

Ġemellaġġi

immodifika

Sħubiji

immodifika

Ekonomija

immodifika
 
El puente de Isabel II
 
El puente del Alamillo, mibni għal Expo '92 ta' Sivilja

L-attività ekonomika ta' Sivilja ma tistgħax tinfired mill-kuntest ġeografiku u urban tal-belt; il-belt kapital tal-Andalusija hi ċ-ċentru ta' żona metropolitana li qiegħda tikber. Apparti mill-nħawi tradizzjonali bħal Santa Cruz, Triana u Macarena, dawk aktar 'il bogħod miċ-ċentru, bħal Nervión, Sevilla Este, u El Porvenir reċentement kibru ekonomikament. Matul l-aħħar għoxrin sena, din iż-żona urbana kellha żieda sinifikanti fil-popolazzjoni u fl-iżvilupp ta' żoni industrijali u kummerċjali ġodda.

Minħabba d-daqs u l-post tagħha, Sivilja hi l-aktar b'saħħitha ekonomikament mill-ibliet tal-Andalusija. L-infrastruttura li għandha l-belt tikkontribwixxi għat-tkabbir fl-ekonomija li hi ddominata mis-settur tas-servizzi, iżda li fiha l-industrija għad għandha sehem konsiderevoli.

Infrastruttura

immodifika

Fis-snin 1990 kien hemm tkabbir enormi fl-investiment fl-infrastruttura f'Sivilja, l-aktar minħabba li fl-1992 ospitat il-Wirja Universali ta' Sivilja. Dan l-investiment ġab żvilupp ekonomiku fil-belt u fiż-żona urbana tagħha. Il-belt għandha trasport tajjeb għall-bliet l-oħra Spanjoli, inklużi linja tal-ferrovija ta' veloċità għolja (AVE) għall Madrid, u ajruport internazzjonali ġdid.

 
Skyline bil-port fi 'l bogħod

Barra minn hekk:

  • Fil-peniżola Iberika, Sivilja għandha l-uniku port fuq ix-xmara: dan jinsab 80 km mill-bokka tax-Xmara Guadalquivir. Il-kumpless tal-port joffri aċċess għall-Atlantiku u l-Mediterran, u jippermetti l-kummerċ tal-merkanzija bejn in-nofsinhar ta' Spanja (Andalucia, Extremadura) u l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq. Il-port ġie riorganizzat u tunnellaġġ annwali tela' għal 5.3 miljun tunnellata ta' merkanzija fl-2006.
  • Sivilja għandha faċilitajiet għal konferenzi, fosthom il-Palazz tal-Kungress.
  • Il-belt u l-provinċja ta' madwarha għandhom numru ta' żoni industrijali u ċentri tat-teknoloġija kbar: Dos Hermanos jakkomoda l-akbar żona industrijali fl-Andalusija, filwaqt li Alcalá de Guadaíra għandha l-akbar kumpless industrijali fl-Andalusija; il-Parque Científico Tecnológico SevillaTecnopolis, jiġbor fih kumpaniji, ċentri ta' riċerka u dipartimenti universitarji li għandhom bħala għan l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda; il-Parque Tecnológico y Aeronáutico Aerópolis jiffoka fuq l-industrija tal-ajruplani.
  • Barra Sivilja hemm torri ta' enerġija solari PS20 li jipprovdi l-parti l-kbira tal-belt ta' Sivilja b'enerġija nadifa u li tiġġedded. Dan juża mirja li jiffokaw ir-raġġi tax-xemx fuqu, isaħħnuh u joħolqu fwar super-imsaħħan. Dan il-fwar idawwar it-turbini li mbagħad joħolqu l-enerġija elettrika u jipprovdu l-elettriku binhar u billejl.

Karatteristiċi skond is-settur

immodifika
 
Il-bini "Adriatica" (1914-1922) fuq l- Avenida de la Constitución ippjanat minn José Espiau y Muñoz

Il-belt ta' Sivilja u l-agglomerazzjoni tagħha, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom fuq ix-xmara Guadalquivir, għad għandhom attività agrikola ħajja. Waqt li l-industrija agroalimentarja hi produttivia, ir-reġjun ilu hares il-quddiem u jinvesti bil-kbir fl-attivitajiet industrijali, mgħejunin mill-infrastruttura eżistenti. Is-settur tas-servizzi u teknoloġiji ġodda qiegħed dejjem isir iżjed importanti. Fl-2004, f'Sivilja kien hemm ikkonċentrati, 31 % tal-kumpaniji kbar Andalusi u 128 mis-6000, l-akbar kumpaniji nazzjonali. Fl-2005, fiż-żona metropolitana in-numru ta' ħaddiema kien ta' 471,947 ruħ, li minnhom 329,471 (69.81 %) kienu jaħdmu fiċ-ċentru tal-belt.

  • L-agrikoltura tħaddem inqas minn 1.3 % tal-ħaddiema tal-belt. Iċ-ċereali, frott u tkabbir taż-żebbuġ jikkostitwixxu l-attivitajiet agrikoli prinċipali f'dan ir-reġjun tal-Andalusija.
  • L-industrija tikkontribwixxi sa 28 % mill-produzzjoni ekonomika ta' Sivilja. Fl-2005 kienet timpjega 15.2 % tal-ħaddiema fil-belt. Hija stabbilita sewwa fiż-żona metropolitana, stimolata minn bosta żoni industrijali, l-eżistenza ta' infrastruttura tajba u l-prossimità tal-kumplessi tal-Bajjiet ta' Cádiz, Algeciras, u Huelva.
  • Is-settur tas-servizzi jimpjega 83.5 % tal-ħaddiema ta' Sivilja. Jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-ekonomija lokali u hu kkonċentrata fuq it-turiżmu, kummerċ u servizzi finanzjarji.

Riċerka u żvilupp

immodifika

Il-belt ta' Sivilja tagħmel kontribut sinifikanti għar-riċerka xjentifika, billi fiha hemm l-ewwel u l-akbar bank tal-ADN fi Spanja fi ħdan il-kumpannija lokali Neocodex. Neocodex iżżomm 20,000 kampjun tal-ADN u hi rikonoxxuta internazzjonalment. Barra minn hekk, Sivilja hi meqjusa wkoll bħala ċentru importanti għat-teknoloġija u riċerka fl-oqsma tal-enerġiji rinnovabbli u l-industrija aeronawtika.

Permezz taċ-ċentri ta' teknoloġija għolja u l-kumpaniji innovattivi li fiha, il-belt kapitali tal-Andalusija waslet biex saret fost il-bliet Spanjoli l-aktar importanti fil-qasam ta' żvilupp u riċerka. Barra minn hekk, irridu nżidu l-attività xjentifika u teknoloġika tat-tliet universitajiet ta' Sivilja, li l-laboratorji u ċ-ċentri ta' riċerka tagħhom jaħdmu id f'id mal-kurrent soċjo-ekonomiku lokali. Għaldaqstant, il-Parque Tecnológico Científico Cartuja 93 jiġbor fih xjenzati mis-settur privat u pubbliku f'bosta oqsma ta' riċerka.

Id-direzzjonijiet ewlenin fl-innovazzjoni u r-riċerka huma t-telekomunikazzjoni, it-teknoloġiji ġodda, il-bijoteknoloġiji (f'dak li jirrigwarda problemi speċifiċi fl-agrikoli lokali), l-ambjent u l-enerġija rinnovabbli.

Trasport

immodifika
 
L-istazzjon tal-metrò San Bernardo

Il-servizz TUSSAM (Transportes Urbanos de Sevilla) jipprovdi xibka ta' rotot tal-karożżi tal-linja mal-firxa tal-belt kif ukoll maż-żoni ta' madwar Sivilja. El Metrocentro Tranvia hija linja tat-tram li tagħmel erba' waqfiet; tibda mill-istazzjon tax-xarabank el Prado, tgħaddi minn quddiem l-Università u l-Katidral, u tieqaf fil-Plaza Nueva fejn terġa' lura.

Fit-2 ta' April, 2009, infetħet l-ewwel linja tal-metrò fil-belt, [19] kważi 28 xahar aktar tard milli kien ippjanat oriġinarjament. Il-proġett esperjenza ħafna dewmien ikkawżat minn diversi raġunijiet, fosthom ir-rilokazzjoni ta' xi sejbiet arkeoloġiċi u l-ħtieġa li l-mina taħt ix-Xmara Guadalquivir tinżel iżjed fil-fond biex żgur li ma tibdiex tnexxi l-ilma.

L-istazzjon tal-ferrovija Santa Justa hu moqdi minn sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja AVE u mmexxi mill-kumpanija Renfe li qabel kienet tal-Gvern Spanjol.

 
L-istazzjon tal-ferrovija Santa Justa f'Sivilja

Il-programm komunitarju tar-roti Sevici qiegħed jintegra r-rota fin-network tat-trasport pubbliku. Madwar il-belt, hemm roti għall-kiri bi prezz baxx u wieħed jista' jsib passaġġi ħodor għar-roti fil-parti l-kbira tat-toroq ewlenin. Din ix-xibka ta' passaġġi (carriles) qiegħda dejjem tinfirex.

L-Ajruport ta' Sivilja huwa ajruport ta' daqs medju li jservi l-belt u r-reġjun ta' madwarha.

Edukazzjoni

immodifika
 
Ir-rettorat tal-Università ta' Sivilja

Fi Spanja l-edukazzjoni hi obbligatorja minn 6 snin sa 16-il sena u l-edukazzjoni statali hi b'xejn. Is-sistema ta' edukazzjoni attwali tissejjaħ LOGSE (Ley de Ordenación General del Sistema Educativo).[20]

Edukazzjoni għola

immodifika

F'Sivilja hemm bosta universitajiet. L-Università ta' Sivilja, l-Universidad de Pablo Olavide (UPO) u l-Universidad Internacional de Andalucía [21] huma istituzzjonijiet pubbliċi. Barra minn hekk, l-Università Internazzjonali Menéndez Pelayo, ibbażata f' Santander, għandha kampus fergħa f'Sivilja [22].

Nies famużi li twieldu Sivilja

immodifika

Gallerija

immodifika

Noti u referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral, Alcázar and Archivo de Indias in Seville". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-20.
  2. ^ [1] Ruiz, Hernán. 'Blueprints of Seville's Cathedral and Giralda'
  3. ^ [2]
  4. ^ a b ċ THe Spanish Civil War, (Il-Gwerra Ċivili Spanjola), Hugh Thomas, Penguin, 1961, p221-3, ISBN 0-14-013593-6
  5. ^ books.google.com
  6. ^ [3] Sevilla-Plaza de España
  7. ^ [4] Maria Luisa Park, Seville
  8. ^ [5] Sevilla-Parque de Maria Luisa
  9. ^ [6] Plaza de España, Seville
  10. ^ M. Kottek, J. Grieser, C. Beck, B. Rudolf, u F. Rublu, World Map of the Köppen-Geiger climate classification updated ( Mappa Dinjija tal-klassifikazzjoni tal-klima Köppen-Geiger aġġornata), Meteorol. Z., vol. 15, paġni 259-263, 2006 [7]
  11. ^ "Weather Information for Seville" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  12. ^ [8]
  13. ^ a b Hermanamientos con Latinoamérica (102,91 kB). [29-9-2008]
  14. ^ [9]
  15. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-30. Miġbur 2009-06-30.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  16. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-19. Miġbur 2011-01-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  17. ^ [10]
  18. ^ [11]
  19. ^ Sevilla metro inaugurated, Railway Gazette International 2009-04-06
  20. ^ [12][13]archivedate=2008-04-12
  21. ^ Universidad Internacional de Andalucía
  22. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-15. Miġbur 2011-01-27.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni

immodifika