Manuel Rosas

Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Chrisportelli (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 11:57, 31 Lulju 2022. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)

Manuel Rosas Sánchez (twieled fis-17 ta' April 1912 – miet fl-20 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Messikan li ħa sehem fl-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja.

Manuel Rosas
Informazzjoni personali
Isem sħiħManuel Rosas Sánchez
Twelid17 ta' April 1912(1912-04-17)
Messiku
Mewt20 ta' Frar 1989 (76 sena)
RwolDifensur
Karriera professjonali
SninKlabb
1929–1934Atlante
Tim nazzjonali
1930–1934Messiku

Karriera

immodifika

Chaquetas, kif kien magħruf, lagħab għal ħames staġuni bejn l-1929 u l-1934 ma' Atlante fejn rebaħ kampjonat wieħed fl-istaġun 1930–31.

Mat-tim nazzjonali tal-Messiku hu ġie magħżul flimkien ma' ħuh Felipe Rosas għat-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel plejer li qatt skorja penalty f'din il-kompetizzjoni li wasal kontra l-Arġentina. B'dan il-gowl hu sar l-iżgħar plejer li qatt skorja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, rekord li ġie megħlub iktar tard minn Pelé. Biż-żewġ gowls kontra l-Arġentina hu kien l-ewwel plejer Messikan li skorja iktar minn gowl wieħed f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja (l-ewwel li skorja iktar minn żewġ gowls kien Luis Hernández, 68 sena wara).

Ħoloq esterni

immodifika