Pika ħamra tat-Turkestan
Dehra
(Rindirizzat minn Ochotona rutila)
Pika ħamra tat-Turkestan | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Ochotonidae |
Ġeneru | Ochotona |
speċi | Ochotona rutila Sévertsov, 1873
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Il-pika ħamra tat-Turkestan (Ochotona rutila) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din hija speċi b'distribuzzjoni vasta f'bosta pajjiżi Ażjatiċi fosthom il-Każakistan, il-Kirġiżistan, it-Taġikistan, l-Użbekistan u possibilment fl-Afganistan u ċ-Ċina.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li huwa magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-Pika ħamra tat-Turkestan qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli mifruxa fuq arja vasta u b'hekk mniżżla fi stat tal-inqas ħsieb.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Lagomorph Specialist Group (1996). Ochotona rutila. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.