Aqbeż għall-kontentut

Gracilinanus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gracilinanus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Ordni: Didelphimorphia
Familja: Didelphidae
Ġeneru: Gracilinanus
Gardner & Creighton, 1989
Speċi

Gracilinanus huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali, eżattament l-opossumi tal-kontinenti Amerikani.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea, fil-familja Didelphidae, fis-sottofamilja Didelphinae u fit-tribù Thylamyini, mal-ġeneri Cryptonanus, Chacodelphys, Lestodelphys, Marmosops, Thylamys u Thylatheridium.

Il-ġeneru Gracilinanus jiġbor fiħ 6 speċi ħajjin.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Opossum, Didelphimorphia jew Didelphidae)

Dawn il-mammiferi marsupjali nattivi tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel, qegħdin ikklassifikati fit-tribù Thylamyini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji).

Il-Gracilinanus huma marsupjali żgħar li normalment ma jaqbżux it-80 gramma fil-piż, b' ġisem bejn 7 u 14-il ċentimetru twil u b' denb bejn 9 u 16-il ċentimetru ieħor. Dawn huma ta' abitudni notturna u l-quċċata ta' l-attivita tagħhom tintlaħaq bil-lejl, b' attivita minima ħafna matul il-ġurnata minħabba ċertu sensitivita li għandhom għad-dawl.

L-ispeċijiet kollha tal-ġeneru Gracilinanus' jippreferu jgħixu f' abitat ta' foresti subtropikali u tropiklai umdi kemm fil-muntanji kif ukoll f' artijiet baxxi. Dawn il- mammiferi huma primarjament arborji jew siġrin (jgħixu fis-siġar), għalkemm jinżlu ma' l-art biex jieklu xi frott u jikkaċċaw.

Il-Gracilinanus huma mammiferi marsupjali omnivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn frott, insetti varji u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn l-opossumi għandhom distribuzzjoni vasta fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, Bolivja, Brażil, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Paragwaj, Peru, Surinam, Urugwaj u Venezwela.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Nowak, Ronald M.: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899
  • Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 2005.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
  • InformazZjoni dwar l-Opossum ta' denbu qasir: Gracilinanus
  • Tassonomija tal-Mammiferi.

Ħoloq/Linkijiet Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]