Charlotte Perrelli
Charlotte Perrelli | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Anna Jenny Charlotte Nilsson |
Magħruf | Charlotte Nilsson |
Twieled | 7 ta' Ottubru 1974 |
Oriġini | Hovmantorp, Żvezja |
Ġeneru | Danseband, disco, pop |
Snin ta' attività | 1987–preżent |
Sit uffiċjali | www.charlotteperrelli.com |
Anna Jenny Charlotte Nilsson (twieldet fis-7 ta' Ottubru 1974)[1], magħrufa aħjar bħala Charlotte Perrelli, hija kantanta, attriċi u preżentatriċi Żvediża famuża l-aktar għar-rebħ tal-Melodifestivalen tal-1999 kif ukoll l-edizzjoni ta' dik is-sena tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Take Me to Your Heaven. Wara l-esperjenza tal-Eurovision, hi ħarġet sitt kanzunetti singoli u erba' albums. Perrelli rebħet il-Melodifestivalen 2008 u rrapreżentat lill-Iżvezja għal darb'oħra fil-Festival tal-Eurovision 2008.
Perrelli hi miżżewwġa lil Taljan li twieled fi Stokkolma, Nicola Ingrosso, ħu Emilio Ingrosso li kien miżżewweġ lil kantanta oħra Żvediża Pernilla Wahlgren fis-snin disgħin. Wara battibekk mal-kumplament tal-familja, Charlotte u Nicola iddeċidew li jbiddlu kunjomhom għal Perrelli. Huma joqgħodu fi Stokkolma u għandhom żewġt itfal.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]1987–1998
[immodifika | immodifika s-sors]F'età ta' tlettax-il sena, Perrelli ingħadet ma' dansband lokali f'Hovmantrop fil-provinċja ta' Småland, fin-Nofsinhar tal-Iżvezja. Il-grupp, minn "Bengt Ingvars" sar "Bengt Ingvars med Charlotte". Wara li spiċċat l-iskola obbligatorja, Perrelli attendiet Skola tal-Arti f'Växjö, belt qrib Hovmantorp. Hi saret ukoll il-kantanta prinċipali tal-grupp Kendix.
Fl-1994 Perrelli bdiet tkanta mad-dansband famuża Anders Engbergs. Wara żewġ albums, hi ħalliet lill-grupp u ngħadet fl-1997 ma' grupp ieħor li kien famuż għas-suċċessi kbar li kiseb; Wizex. Is-snin ma' Wizex taw lil Perrelli l-opportunità biex tiżviluppa t-talent tagħha. Bi prodott u tmexxija professjonali, ir-riżultati bdew jidhru. Fl-1998, il-grupp ġiet nominat għall-"Grammis" (Grammy) Żvediżi għall-album "Mot nya mål" u l-album "Tusen och en natt". Perrelli kienet lesta biex tagħmel karriera ta' solista.
1999–2000
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li kienet magħżula biex tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision 1999, Perrelli marret Ġerusalem lejn tmiem Mejju biex tkanta l-kanzunetta "Take Me To Your Heaven". Hi rebħet dik l-edizzjoni u dan kien il-bidu tant mixtieq għall-karriera solista. Fix-xhur ta' wara hi żaret diversi pajjiżi fl-Ewropa u bdiet taħdem fuq l-ewwel album solo, li kien iġib l-isem ta' "Charlotte".
2001–2003
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2001 hi ħarġet it-tieni album tagħha, li kien jinkludi l-kanzunetta tant famuża "You Got Me Going Crazy", miktuba minn Johan Åberg u Paul Rein, li huma famużi għax-xogħol li għamlu ma' Christina Aguilera u Victoria Beckham. Perrelli ospitat l-ewwel semifinali tal-Melodifestivalen 2003 flimkien ma' Mark Levengood u Lena Philipsson. F'April tal-2003 hi għamlet Jesus Christ Superstar. F'Settembru hi ħarġet il-kanzunetta "Broken Heart", li wasslet għall-album "Gone Too Long" f'Ġunju 2004.
2004–2007
[immodifika | immodifika s-sors]Wara s-suċċess fil-Melodifestivalen 2003, Perrelli kienet għal darb'oħra preżentatriċi tal-edizzjoni tas-sena ta' wara tal-Melodifestivalen. Hi ppreżentat flimkien ma' Peter Settman u Ola Lindström. Wara l-festival, TV4 offrewlha li jkollha programm televiżiv. Il-programm kien imsemmi "Super Troupers" u kien f'format ta' kompetizzjoni ta' talenti bejn it-tfal. Waħda mill-kontestanti kienet Amy Diamond, li illum hi kantanta ta' suċċess.
Lejn nofs l-2004 hi ħarġet l-aktar album b'suċċess, sa issa - "Gone Too Long" - li kien jinkludi kanzunetti minn ftit mill-aqwa produtturi Żvediżi, fosthom Jörgen Elofsson. Hi kienet ingħaqdet ma' Robert Wells, Jill Johnson u oħrajn fir-Rhapsody In Rock-tour.
F'Mejju 2007, Perrelli kienet l-esperta Żvediża fil-panil ta' diskussjoi Nordika fuq il-Eurovision. Hi kienet ukoll parti minn dan il-grupp ta' "ġurija" fis-sena 2005.
F'nofs l-2007 Perrelli daret l-Iżvezja bis-suċċessun ta' "Diggiloo". Magħha ngħaqdu kantanti bħal Linda Bengtzing, Lasse Holm, Molly Sandén, Lotta Engberg u Jan Johansen. Matul il-ħarifa hi ħarġet il-kanzunetta "Jag är tillbaks".
2008–preżent
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-15 ta' Marzu 2008, Perrelli kantant fil-Melodifestivalen 2008 il-kanzunetta "Hero" fi Stockholm Globe Arena. Hi reġgħet ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision f'Belgrad, fis-Serbja.
Fl-14 ta' April, Charlotte iffilmjat il-vidjo mużikali ta' "Hero" fi Stokkolma, u bdiet ukoll il-vjaġġ ta' promozzjoni li kien suċċess. Din il-kanzunetta saret waħda mill-favorita li tirbaħ l-edizzjoni tal-2008 tal-Eurovision. Hi rnexxielha tikkwalfika mit-tieni semi-finali tat-22 ta' Mejju. Minkejja li "Hero" kienet waħda mill-favoriti biex jirbħu l-Eurovision tal-2008,[2], din il-kanzunetta spiċċat b'diżappunt fit-18-il post minn 25 kanzunetta fil-finali, b'total ta' 47 punt.
Wara l-Eurovision, Perrelli bdiet titħarreġ għal Rhapsody in Rock flimkien ma' Robert Wells. Perrelli u Robert għamlu kunċert f'Bejġing, iċ-Ċina matul il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008. F'Awwissu ġie mħabbar li Charlotte iffirmat ma' tikketta diskografika Ċiniża, u sussegwentament l-album "Hero" mistenni li joħroġ iċ-Ċina
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Albums
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Album | L-aqwa pożizzjoni | Informazzjoni |
---|---|---|---|
SWE | |||
1999 | Charlotte | 3 |
|
2001 | Miss Jealousy
|
32 |
|
2004 | Gone too long
|
11 |
|
2006 | I din röst
|
29 |
|
2008 | Hero
|
3 |
|
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Sweden 2008" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-28.
- ^ Osborn, Michael (2008-05-20). "Sweden tipped to win Eurovision" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2008-05-26.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Charlotte Perrelli |
Predeċessur Dana International |
Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision 1999 |
Suċċessur |