Aqbeż għall-kontentut

Atti tal-Appostli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-verżjoni stampabbli m'għadhiex appoġġjata u jista' jkollha żbalji ta' rendering. Jekk jogħġbok aġġorna l-bookmarks tal-browser tiegħek u jekk jogħġbok uża l-funzjoni tal-istampar tal-browser default minflok.

L-Atti tal-Appostli, (Bil-Grieg 'práxeis ton apostólon') hu ktieb fil-Bibbja u hu l-ħames wieħed fit-Testment il-Ġdid. L-Abbrevjazzjoni fil-kwotazzjonijiet Bibliċi hi: Atti.

L-Atti huma, b'mod ġeneriku, rakkont storiku ta' x'ġara matul l-ewwel ftit snin tal-Knisja. Dan il-ktieb jiffoka primarjament fuq l-għemil ta' Pietru u ta' Pawlu. Din tirrakkonta kif twaqqfet il-knisja f'Ġerusalemm minn Ġakbu l-Ġust, minn bidu ta' madwar 120 membru (1:15) komposti minn Lhud u Proseliti, għal Pietru jgħammed lil Kornelju (10:44), li hu tradizzjonalment l-ewwel Ġentil mgħammed, għall-Kunċilju ta' Ġerusalemm (15), għal Ġakbu jakkuża lil Pietru li jrid idawwar il-liġi ta' Mosè (21:18), għall-arrest ta' Pawlu u l-vjaġġ tiegħu sa Ruma.

Evidenza interna turi li dan il-Ktieb kien kumpann u tkomplija tal-Ktieb ta' Luqa; is-separazzjoni tiegħu minn dak il-ktieb seħħet qabel kull manuskritt li għadu msemmi. Storikament dan għandu interess qawwi: M'hemm l-ebda ktieb ieħor bħalu fit-Testment il-Ġdid jew barra minnu. Din hi l-istorja tal-Knisja; mingħajra il-kuntest tal-era tal-appostolat universali ikun bla ebda pedament.