Aqbeż għall-kontentut

Wikotba

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Chrisportelli (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 09:12, 6 Frar 2013. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Wikibooks
Logo ta' Wikimedia Commons
Screenshot ta' Wikimedia Commons
URL www.wikibooks.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Manwali u kotba testwali ħielsa
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multilingwali
Proprjetarju Fondazzjoni Wikimedia
Maħluqa minn Jimmy Wales u l-komunità Wikimedia
Pubblikata 10 ta' Lulju, 2003
Pożizzjoni fuq Alexa 2132[1]
Stat attwali Attiva

Wikibooks (għall-bidu imsejjaħ bħala Wikimedia Free Text Project u Wikimedia Textbooks) huwa wiki tal-Fondazzjoni Wikimedia għall-ħolqien ta' kontenut bla ħlas ta' kotba testwali u manwali.

Storja

Wikibooks beda fl-10 ta' Lulju, 2003, bħala tweġiba għal rikjesta li saret mill-kontributur tal-Wikipedija Karl Wick għal proġett li jkun jista' jospita u jibni ġo fih kotba testwali b'xejn fuq suġġetti bħall-kimika organika u l-fiżika. Żewġ sottoproġetti kbar huma l-Wikijunior u l-Wikiversità li ġew ikkreati fi ħdan il-Wikitbiet qabel ma l-politika uffiċjali tal-Wikibooks ġiet aktar tard mibdula, li proġetti b'tip ta' inkubatur għandhom jibdew skont il-politika l-ġdida tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia.

Wikijunior

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikijunior.

Wikijunior huwa sottoproġett tal-Wikitbiet li jispeċalizza fuq kotba għat-tfal. Il-proġett jikkonsisti fuq kemm rivista u anki websajt, u attwalment qed jiġi żviluppat bl-Ingliż, id-Daniż, l-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż u l-Ispanjol. Dan il-proġett huwa finanzjat minn Beck Foundation.

Kontenut

Il-kobor tal-ikbar tmien siti tal-Wikitbiet (skont il-lingwa), Lulju 2003 – Jannar 2008

Waqt li xi kotba huma oriġinali, oħrajn bdew bħala testi ikkupjati minn fonti oħra ta' kotba testwali ta' kontenut ħieles fuq l-internet. Il-kontenut kollu tas-sit huwa kopert mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa. Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibgqgħu taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzja copyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riprodott b'xejn.

Il-Wikitbiet huwa differenti mill-funzjoni tal-Wikisors, fejn il-kontenut tal-Wikitbiet ikun mistenni li jiġi mibdul mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom t-test oriġinali bħala sors, bħad-drammi Xejksperjani huma minflok ospitati fuq Wikisors.

Referenzi

Ħoloq esterni