Ħad-Dingli
Dingli (jew Ħad-Dingli) huwa raħal żgħir fil-punent ta' Malta, jinsab eżattament bejn il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u r-Rabat. Dan ir-raħal jinsab fl-ogħla parti ta' Malta, bl-ogħla parti tiegħu hi dik Ta' Dmejrk.
Dan ir-raħal ilu parroċċa minn qabel l-1463, fil-fatt huwa wieħed mill-eqdem irħula f'Malta li kellhom il-parroċċa tagħhom. Imma qabel il-parroċċa kienet taħt l-isem ta' Ħal-Tartarni. Illum il-ġurnata l-knisja parrokkjali ta' Ħad-Dingli hija ddedikata li Marija Assunta, jew aħjar lil Santa Marija, u l-festa f'ġieh din il-patruna ssir Ħadd wara l-15 ta' Awissu.
Dan ir-raħal l-iżjed li hu magħruf għal l-Irdum li għandu jħarsu lejn il-baħar u lejn il-gżira żgħira ta' Filfla. Fil-konfini ta' Ħad-Dingli nsibu wkoll il-ġonna kbar tal-Buskett.