Kate Ryan: Differenza bejn il-verżjonijiet
No edit summary |
m tiswija tar-referenzi |
||
Linja 15: | Linja 15: | ||
|sit_uffiċjali = [http://www.kateryan.be/ www.kateryan.be] |
|sit_uffiċjali = [http://www.kateryan.be/ www.kateryan.be] |
||
}} |
}} |
||
'''Katrien Verbeeck''', magħrufa aħjar bħala '''Kate Ryan''' ( |
'''Katrien Verbeeck''', magħrufa aħjar bħala '''Kate Ryan''' (twieled fit-22 ta' Lulju 1980) hija [[kantant]]a [[Belġju|Belġjana]]. Hi bdiet il-karriera mużikali fl-2001 u rrapreżentat lill-[[Belġju]] fil-[[Festival tal-Eurovision 2006]] bil-kanzunetta "[[Je t'adore]]" fejn spiċċat fit-tnax-il post fis-semifinali. |
||
== Bijografija == |
== Bijografija == |
||
Linja 21: | Linja 21: | ||
=== Snin tal-bidu === |
=== Snin tal-bidu === |
||
Ryan twieldet fit- |
Ryan twieldet fit-22 ta' Lulju 1980 fil-villaġġ żgħir ta' [[Tessenderlo]] fil-[[Belġju]]. Hi kibret qalb familja tal-arti, u wriet talent mużikali minn età tenera. Ta' tmien snin hi tgħallmet il-[[pjanu]] u l-[[kitarra]], u kienet kapaċi li ddoqq kull ħaġa li kienet tisma' fuq ir-radju. Hi kellha lezzjonijiet tal-kant u tal-pjanu minn zijitha li kienet tgħallem f'konservatorju. Hi studjat fi skola tal-arti, fejn speċjalizzat fid-disinji tal-ġojjelerija. Kate għexet xi żmien f'[[Meerhout]], f'raħal żgħir qrib Tessenderlo<ref name="krbebio"> |
||
{{Ċita web | url=http://www.kateryan.be/v1/en/biography/biography.html&cat=s | titlu=Biography | |
{{Ċita web | url=http://www.kateryan.be/v1/en/biography/biography.html&cat=s | titlu=Biography | sit=kateryan.com | data-aċċess=2008-05-06 |lingwa=Ingliż }}</ref> |
||
Bħala adoloxxenta hi kienet sikwit tkanta f'bars u postijiet oħra, u lejl minnhom maniġer resaq lejha u pproponielha biex tirrekordja kanzunetta fi studjo. Hi saret membru ta' grupp pop li kien iġib l-isem ta' Melt f'età ta' sittax-il sena. Il-grupp kien attiv għal sentejn, imma ma ħarġu l-ebda kanzunetta kummerċjali. Meta hi ltaqgħet mal-produttur Andy Janssens, it-inejn bdew jiktbu kanzunetti flimkien lejn triq ta' karriera bħala solista. L-album debuttanti kien "Scream For More" li kien ħareġ fl-2001, u ġab suċċess mhux mistenni fil-klassifiki.<ref name="krbebio"/> |
Bħala adoloxxenta hi kienet sikwit tkanta f'bars u postijiet oħra, u lejl minnhom maniġer resaq lejha u pproponielha biex tirrekordja kanzunetta fi studjo. Hi saret membru ta' grupp pop li kien iġib l-isem ta' Melt f'età ta' sittax-il sena. Il-grupp kien attiv għal sentejn, imma ma ħarġu l-ebda kanzunetta kummerċjali. Meta hi ltaqgħet mal-produttur Andy Janssens, it-inejn bdew jiktbu kanzunetti flimkien lejn triq ta' karriera bħala solista. L-album debuttanti kien "Scream For More" li kien ħareġ fl-2001, u ġab suċċess mhux mistenni fil-klassifiki.<ref name="krbebio"/> |
||
Linja 35: | Linja 35: | ||
[[Stampa:Eurogames flutlied (805954790).jpg|thumb|left|250px|Kate Ryan waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-[[EuroGames]]]] |
[[Stampa:Eurogames flutlied (805954790).jpg|thumb|left|250px|Kate Ryan waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-[[EuroGames]]]] |
||
Fl- |
Fl-14 ta' Awwissu 2006, ġie imħabbar li Ryan kienet se toħroġ il-kanzunetta "Je t'adore" fir-[[Renju Unit]] b'verżjonijiet oħra minn [[Credheadz]], imma ġiet posposta, ftit żmien qabel ma saret il-publikazzjoni tagħha. Minkejja dan kollu, il-kanzunetta gawdiet suċċess kbir qalb l-istazzjonijiet mużikali tar-Renju Unit. |
||
Il-kanzunetta segwenti kienet "Alive", li kienet mill-album li kien iġib l-istess isem, li jinvolvi wkoll verżjonijiet Franċiżi ta' diversi kanzunetti li jinkludu lil "Je t'adore", "Alive" u "All For You". |
Il-kanzunetta segwenti kienet "Alive", li kienet mill-album li kien iġib l-istess isem, li jinvolvi wkoll verżjonijiet Franċiżi ta' diversi kanzunetti li jinkludu lil "Je t'adore", "Alive" u "All For You". |
||
Linja 41: | Linja 41: | ||
Fl-2007, hi kellha suċċess bil-kanzunetta doppja "Voyage Voyage"/"We All Belong". Il-kanzunetta "Voyage, Voyage" hi l-verżjoni ta' Kate Ryan tal-kanzunetta minn [[Desireless]] li kienet kisbet suċċess fl-Ewropa fis-sena 1987, u "We All Belong" kienet intgħażlet bħala l-innu uffiċjali tal-[[EuroGames]] 2007 li saru f'[[Antwerp]]. |
Fl-2007, hi kellha suċċess bil-kanzunetta doppja "Voyage Voyage"/"We All Belong". Il-kanzunetta "Voyage, Voyage" hi l-verżjoni ta' Kate Ryan tal-kanzunetta minn [[Desireless]] li kienet kisbet suċċess fl-Ewropa fis-sena 1987, u "We All Belong" kienet intgħażlet bħala l-innu uffiċjali tal-[[EuroGames]] 2007 li saru f'[[Antwerp]]. |
||
Fl-2008, Kate ħarġet żewġ kanzunetti: [[L.I.L.Y|L.I.L.Y. (Like I Love You)]] u wara [[Ella, Elle L'a]]. Dawn iż-żewġ siltiet (flimkien ma' Voyage Voyage) kienu nklużi fl-album ''[[Free (album ta' Kate Ryan)|Free]]'', li ħareġ fit- |
Fl-2008, Kate ħarġet żewġ kanzunetti: [[L.I.L.Y|L.I.L.Y. (Like I Love You)]] u wara [[Ella, Elle L'a]]. Dawn iż-żewġ siltiet (flimkien ma' Voyage Voyage) kienu nklużi fl-album ''[[Free (album ta' Kate Ryan)|Free]]'', li ħareġ fit-30 ta' Mejju 2008. L-album għandu wkoll dwett mal-kantanta [[Spanja|Spanjola]] [[Soraya Arnelas]]. |
||
Fid- |
Fid-9 ta' Novembru 2008, f'[[Monako]] Kate Ryan rebħet l-unur prestiġjuż fil-[[World Music Awards]] bħala l-iktar artista li biegħet fil-Benelux. |
||
== Diskografija == |
== Diskografija == |
||
Linja 156: | Linja 153: | ||
== Ħoloq esterni == |
== Ħoloq esterni == |
||
{{commons|Kate Ryan}} |
{{commons|Kate Ryan}} |
||
* {{ |
* {{Sit uffiċjali}} |
||
{{DEFAULTSORT:Ryan, Kate}} |
{{DEFAULTSORT:Ryan, Kate}} |
||
[[Kategorija:Nies ħajjin]] |
[[Kategorija:Nies ħajjin]] |
||
[[Kategorija:Twieldu fl-1980]] |
[[Kategorija:Twieldu fl-1980]] |
Reviżjoni kurrenti ta' 19:10, 16 Awwissu 2022
Kate Ryan | |
---|---|
![]() Kate Ryan f'Szczecin, 2007 | |
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Katrien Verbeeck |
Twieldet | 22 ta' Lulju 1980 |
Oriġini | Tessenderlo, Belġju |
Ġeneru | Pop, dance, eurodance, trance, elettronika |
Strumenti | Kitarra, pjanu |
Snin ta' attività | 2001–preżent |
Ditta |
EMI (2002-2006) ARS Entertainment (2007- ) |
Sit uffiċjali | www.kateryan.be |
Katrien Verbeeck, magħrufa aħjar bħala Kate Ryan (twieled fit-22 ta' Lulju 1980) hija kantanta Belġjana. Hi bdiet il-karriera mużikali fl-2001 u rrapreżentat lill-Belġju fil-Festival tal-Eurovision 2006 bil-kanzunetta "Je t'adore" fejn spiċċat fit-tnax-il post fis-semifinali.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Snin tal-bidu[immodifika | immodifika s-sors]
Ryan twieldet fit-22 ta' Lulju 1980 fil-villaġġ żgħir ta' Tessenderlo fil-Belġju. Hi kibret qalb familja tal-arti, u wriet talent mużikali minn età tenera. Ta' tmien snin hi tgħallmet il-pjanu u l-kitarra, u kienet kapaċi li ddoqq kull ħaġa li kienet tisma' fuq ir-radju. Hi kellha lezzjonijiet tal-kant u tal-pjanu minn zijitha li kienet tgħallem f'konservatorju. Hi studjat fi skola tal-arti, fejn speċjalizzat fid-disinji tal-ġojjelerija. Kate għexet xi żmien f'Meerhout, f'raħal żgħir qrib Tessenderlo[1]
Bħala adoloxxenta hi kienet sikwit tkanta f'bars u postijiet oħra, u lejl minnhom maniġer resaq lejha u pproponielha biex tirrekordja kanzunetta fi studjo. Hi saret membru ta' grupp pop li kien iġib l-isem ta' Melt f'età ta' sittax-il sena. Il-grupp kien attiv għal sentejn, imma ma ħarġu l-ebda kanzunetta kummerċjali. Meta hi ltaqgħet mal-produttur Andy Janssens, it-inejn bdew jiktbu kanzunetti flimkien lejn triq ta' karriera bħala solista. L-album debuttanti kien "Scream For More" li kien ħareġ fl-2001, u ġab suċċess mhux mistenni fil-klassifiki.[1]
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Hi kisbet prominenza internazzjonali bis-silta "Désenchantée" ta' Mylène Farmer, li kienet suċċess f'diversi pajjiżi Ewropej. Hi ngħaqdet ma' EMI Belgium u ħarġet l-ewwel album li kien iġib l-isem ta' Different fl-2002 esklussivament fl-Ewropa. L-album biegħ aktar minn 250,000 kopja fl-Ewropa.
Dan sar popolari biżżejjed fl-Istati Uniti biex diversi konsumaturi li jiffavorixxu l-mużika dance-pop xtraw ukoll dan l-album. Fis-17 ta' Lulju 2001 hi ħarġet is-silta "Scream For More". Din kisbet suċċess f'diversi radjijiet u klabbs. Il-kanzunetta ta' wara kienet "Desenchantee/U R My Love" li kienet maħruġa wkoll minn Robbins Entertainment. Din ukoll għamlet suċċess u biegħet aktar mis-silta preċedenti.
Fl-2004, Ryan ħarġet it-tieni album fl-Ewropa u fl-2005 ġewwa l-Amerika ta' Fuq , bit-titlu ta' Stronger, fejn minkejja li għamel suċċess fil-klassifiki dance permezz ta' "Another Day" u "Let it Rain", hu falla li jagħmel impressjoni fuq il-klassifiki tal-pop minħabba promozzjoni fqira. Fl-2006, hi rrappreżentat lill-Belġju fil-Festival tal-Eurovision 2006, fejn kantat "Je t'adore". Madanakollu, hi spiċċat eliminata fis-semifinali, fejn spiċċat żewġ postijiet wara l-ewwel għaxra li kellhom jgħaddu. Dan ma kienx mistenni, minħabba l-fatt illi hi kienet ikkunsidrata fost dawk li kienu se jittrijunfaw fis-serata finali. Flimkien mal-eliminazzjoni tal-Estonja u Ċipru, din kienet l-ikbar xokk tal-edizzjoni tal-2006. Il-kanzunetta xorta waħda baqgħet popolari anke jekk naqset li tagħmel suċċess fil-Eurovision.
![](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/b1/Eurogames_flutlied_%28805954790%29.jpg/250px-Eurogames_flutlied_%28805954790%29.jpg)
Fl-14 ta' Awwissu 2006, ġie imħabbar li Ryan kienet se toħroġ il-kanzunetta "Je t'adore" fir-Renju Unit b'verżjonijiet oħra minn Credheadz, imma ġiet posposta, ftit żmien qabel ma saret il-publikazzjoni tagħha. Minkejja dan kollu, il-kanzunetta gawdiet suċċess kbir qalb l-istazzjonijiet mużikali tar-Renju Unit.
Il-kanzunetta segwenti kienet "Alive", li kienet mill-album li kien iġib l-istess isem, li jinvolvi wkoll verżjonijiet Franċiżi ta' diversi kanzunetti li jinkludu lil "Je t'adore", "Alive" u "All For You".
Fl-2007, hi kellha suċċess bil-kanzunetta doppja "Voyage Voyage"/"We All Belong". Il-kanzunetta "Voyage, Voyage" hi l-verżjoni ta' Kate Ryan tal-kanzunetta minn Desireless li kienet kisbet suċċess fl-Ewropa fis-sena 1987, u "We All Belong" kienet intgħażlet bħala l-innu uffiċjali tal-EuroGames 2007 li saru f'Antwerp.
Fl-2008, Kate ħarġet żewġ kanzunetti: L.I.L.Y. (Like I Love You) u wara Ella, Elle L'a. Dawn iż-żewġ siltiet (flimkien ma' Voyage Voyage) kienu nklużi fl-album Free, li ħareġ fit-30 ta' Mejju 2008. L-album għandu wkoll dwett mal-kantanta Spanjola Soraya Arnelas.
Fid-9 ta' Novembru 2008, f'Monako Kate Ryan rebħet l-unur prestiġjuż fil-World Music Awards bħala l-iktar artista li biegħet fil-Benelux.
Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]
Sena | Titlu | Pożizzjonijiet fil-klassifiki | Ċertifikazzjoni / Bejgħ | Ċertifikazzjoni singoli / Bejgħ | ||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
BEL | DEU | ESP | SUI | AUT | SWE | DNK | NLD | FIN | POL | PRT | ||||
2002 | Different | 8 | 23 | 24 | 14 | 26 | 17 | 22 | 88 | 36 | 1 | 18 |
|
|
2004 | Stronger | 22 | 13 | 63 | 14 | 43 | – | – | – | – | 11 | – |
|
|
2006 | Alive | 13 | 73 | – | 73 | – | – | – | – | – | – | – |
| |
2008 | Free | 4 | 47 | 26 | 96 | – | 35 | – | 66 | – | 20 | – |
|
|
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ a b "Biography". kateryan.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-05-06.
- ^ http://www.promusicae.es/listastonos/listas/Top%2020%20Week%203908.pdf
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kate Ryan |