Tony Nicholl
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tony Nicholl (Tas-Sliema, 1 ta' Jannar 1916 – 11 ta' Marzu 1999) kien plejer tal-futbol Malti li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa li qatt dehru fix-xena Maltija.
Tony Nicholl | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tas-Sliema, 1 Jannar 1916 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 11 Marzu 1999 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | plejer tal-futbol |
Mudell:Infobox biography/sport/football |
Karriera
immodifikaBidu tal-karriera
immodifikaTa' disa' snin beda jilgħab fit-tim tal-iskola primarja ta' Tas-Sliema bħala gowlkiper, pożizzjoni li ma tantx irnexxielu jagħmel tant suċċess fiha. Meta ngħaqad mat-tim ta' Sliema Rovers, li kienu iddeċidew li jtuħ ċans li juri t-talent tiegħu, Tony Nicholl sab il-pożizzjoni ideali tiegħu, dik ta' attakkant.
L-era tal-Wanderers
immodifikaMal-ewwel ftit suċċess li beda jagħmel mar-Rovers mill-ewwel beda jolqot l-għajn tat-tim l-iktar famuż ta' Tas-Sliema, is-Sliema Wanderers, li kisbu l-firma tal-plejer fl-1932. Mal-Wanderers għamel suċċess kbir u sploda bħala wieħed mill-aqwa skorers letali li qatt eżistew. B'kollox magħhom skorja total impressjonanti ta' 260 gowl f'291 logħba. Dawk kienu żmenijiet sbieħ għall-futbol Malti fejn in-nies kienu jinġabru fil-Gżira Stadium biex jaraw il-logħob tal-kampjonat u Tony Nicholl kien wiehed mill-istilel li kienu jiġu mfaħħra. Nicholl kien attakant b'saħħtu u kuraġġjuż hekk kif ma kienx jibża' mill-kuntrasti u kien skorer implakabbli.
Mal-Wanderers rebaħ għal tmien darbiet it-titlu personali tal-aqwa skorer, fosthom erba' snin infila. Mal-Wanderers rebaħ 9 kampjonati nazzjonali, 8 tazez, 7 Cassar Cups u 6 Scicluna Cups.
Nicholl qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-Wanderers ħlief għal żewġ staġuni separati li hu qatta' mat-tim Belti ta' Valletta fl-1943–44 u 1946–47.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Premier League Malti: 1932–33, 1933–34, 1935–36, 1937–38, 1938–39, 1939–40, 1953–54, 1955–56, 1956–57
- Tazza ta' Malta: 1934–35, 1935–36, 1936–37, 1939–40, 1947–48, 1950–51, 1951–52, 1955–56
- Tazza Cassar: 1933–34, 1934–35, 1937–38, 1938–39, 1945–46, 1955–56, 1956–57
- Tazza Scicluna: 1949–50, 1950–51, 1953–54, 1954–55, 1955–56, 1956–57
Individwali
immodifika- Plejer tas-Sena tal-MFA: 1955–56
- L-Aqwa Skorer tal-Kampjonat: 1934–35 (11-il gowl), 1937–38 (5 gowls), 1938–39 (8 gowls), 1939–40 (18-il gowl), 1944–45 (6 gowls), 1945–46 (22 gowl), 1948–49 (11-il gowl), 1953–54 (12-il gowl)
Aqra aktar
immodifika- Il-pubblikazzjoni "Seklu ta' Kisbiet" li tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif tal-klabb Slimiż, b'artiklu fuq Tony Nicholl[1]