Segovia

muniċipalità Spanjola f'Kastilja u Leon

Segovia (pronunzja bl-Ispanjol: [seˈɣoβja]) hija belt fil-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, Spanja. Hija l-belt kapitali u l-iżjed muniċipalità popolata tal-Provinċja ta' Segovia.

Segovia
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainKastilja u León
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Segovia
Isem uffiċjali Segovia
Ismijiet oriġinali Segovia
Kodiċi postali 40001–40006
Ġeografija
Koordinati 40°56′53″N 4°07′06″W / 40.9481°N 4.1183°W / 40.9481; -4.1183Koordinati: 40°56′53″N 4°07′06″W / 40.9481°N 4.1183°W / 40.9481; -4.1183
Segovia is located in Spain
Segovia
Segovia
Segovia (Spain)
Superfiċjenti 6,163 kilometru kwadru
Għoli 1,000 m
Fruntieri ma' Real Sitio de San Ildefonso (en) Translate, Navas de Riofrío (en) Translate, La Losa (en) Translate, Ortigosa del Monte (en) Translate, Otero de Herreros (en) Translate, Valdeprados (en) Translate, Zarzuela del Monte (en) Translate, Lastras del Pozo (en) Translate, Monterrubio (en) Translate, Abades (en) Translate, Valverde del Majano (en) Translate, Valseca (en) Translate, Bernuy de Porreros (en) Translate, La Lastrilla (en) Translate, San Cristóbal de Segovia (en) Translateu Palazuelos de Eresma (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 51,011 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 921
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Edinburgu, Marysville (en) Translate, Tucson, Toursu Distrett ta' Gangdong
segovia.es

Segovia tinsab fil-Promontorju ta' Ġewwa (Meseta central), qrib ix-xaqlibiet tat-Tramuntana tas-Sistema Muntanjuża Ċentrali u tul lilwa tax-xmara Eresma.

Il-belt hija famuża għall-binjiet storiċi tagħha, b'mod partikolari tliet attrazzjonijiet ewlenin: l-akkwedott Ruman li jgħaddi minn ġo nofsha, il-katidral (wieħed mill-aħħar katidrali li nbnew fl-Ewropa bi stil Gotiku), u kastell Medjevali, li ntuża bħala wieħed mill-mudelli għall-Kastell ta' Ċiklemfusa ta' Walt Disney. Iċ-ċentru storiku tal-belt ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985.[1]

Etimoloġija

immodifika

L-isem ta' Segovia għandu oriġini Ċeltiberika. Għalkemm l-istoriċi hemżu l-isem antik tagħha ma' Segobriga, l-iskoperta reċenti tal-belt Rumana oriġinali fil-villaġġ fil-qrib ta' Saelices skartat din il-possibbiltà. L-isem ta' "Segovia" jissemma minn Livju fil-kuntest tal-Gwerra Sertorjana.

Taħt ir-Rumani u l-Għarab, il-belt kienet tissejjaħ Sego([u])via (Σεγουβία, Tolomew ii. 6. § 56) u Šiqūbiyyah (شقوبية) rispettivament.

Ġeografija

immodifika

Lokalità

immodifika
 
Veduta mill-ajru ta' parti mill-belt.

Segovia tinsab fil-pjanuri ta' Kastilja l-Antika, qrib Valladolid u l-belt kapitali Spanjola, Madrid.

Segovia hija waħda minn disa' provinċji tar-reġjun awtonomu ta' Kastilja u León. Fit-Tramuntana hemm Burgos u Valladolid, fil-Punent hemm Ávila, fin-Nofsinhar hemm Madrid, u fil-Lvant hemm Soria. L-altitudni tal-provinċja tvarja minn 750 metru (2,461 pied) fil-Majjistral estrem għal massimu ta' 2,430 metru (7,972 pied) fil-quċċata ta' Peñalara fis-Sierra de Guadarrama.

Il-belt tagħmel parti mir-rotta prinċipali tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu.

Il-klima hija Mediterranja bi sjuf sħan (Csa skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen) qrib il-klassifikazzjonijiet Csb u BSk. Din tirriżulta mill-altitudni għolja u mid-distanza mill-kosta. It-temperatura annwali medja tkun 12.42 °C (54.4 °F), b'temperatura baxxa medja f'Jannar ta' 0.3 °C (32.5 °F) u b'temperatura għolja medja f'Lulju ta' 29.7 °C (85.5 °F). Il-preċipitazzjoni annwali tvarja bejn 400 sa 500 mm fis-sena fil-pjanuri l-baxxi, u tista' tilħaq iktar minn 1,000 mm fiż-żona muntanjuża qrib is-Sierra de Guadarrama, peress li x-xita u l-borra hija iktar frekwenti fuq il-muntanji. Meta x-xita tinżel qliel fil-maltempati tas-sajf, din tgħin biex iż-żona muntanjuża tal-provinċja jkollha iktar xita mill-medja mill-biċċa l-kbira tal-promontorju ċentali Spanjol, u b'hekk iż-żona għandha ħafna veġetazzjoni. Dan kollu jagħmel il-provinċja post fejn tinżel ħafna xita meta mqabbel mal-bqija tar-reġjun. Il-forom predominanti ta' veġetazzjoni fiż-żoni muntanjużi jinkludu s-siġar taż-żnuber, tal-ballut, tal-fagu, tal-ġniebru u tas-siġar li dejjem iħaddru.

Data klimatika għal Segovia (1988-2010) 1,005 metru (3,297 pied)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 19.5

(67.1)

21.0

(69.8)

23.2

(73.8)

27.7

(81.9)

33.2

(91.8)

37.3

(99.1)

38.6

(101.5)

38.3

(100.9)

36.3

(97.3)

29.4

(84.9)

23.0

(73.4)

19.8

(67.6)

38.6

(101.5)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 8.2

(46.8)

10.4

(50.7)

13.9

(57.0)

15.1

(59.2)

19.7

(67.5)

25.8

(78.4)

29.7

(85.5)

29.4

(84.9)

24.0

(75.2)

18.0

(64.4)

11.8

(53.2)

8.8

(47.8)

17.9

(64.2)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 4.3

(39.7)

5.8

(42.4)

8.6

(47.5)

9.7

(49.5)

14.0

(57.2)

19.0

(66.2)

22.2

(72.0)

22.1

(71.8)

17.7

(63.9)

13.0

(55.4)

7.6

(45.7)

5.1

(41.2)

12.4

(54.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 0.3

(32.5)

1.1

(34.0)

3.2

(37.8)

4.2

(39.6)

8.2

(46.8)

12.1

(53.8)

14.6

(58.3)

14.8

(58.6)

11.4

(52.5)

7.9

(46.2)

3.4

(38.1)

1.3

(34.3)

6.9

(44.4)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −11.8

(10.8)

−11.4

(11.5)

−13.2

(8.2)

−5.2

(22.6)

−3.0

(26.6)

2.5

(36.5)

4.0

(39.2)

4.4

(39.9)

0.8

(33.4)

−3.2

(26.2)

−10.4

(13.3)

−10.5

(13.1)

−13.2

(8.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 38

(1.5)

31

(1.2)

30

(1.2)

44

(1.7)

66

(2.6)

43

(1.7)

17

(0.7)

20

(0.8)

28

(1.1)

59

(2.3)

52

(2.0)

46

(1.8)

474

(18.6)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni 7 6 6 8 10 5 3 3 5 9 9 8 79
Medja ta' jiem bil-borra 3.8 3.1 1.7 1.5 0.2 0 0 0 0 0.1 1.6 2.2 14.2
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 124 152 203 213 250 314 358 328 246 177 126 110 2,601
Sors 1: [2]
Sors 2: [3]

Ċentri tal-popolazzjoni

immodifika

Apparti l-belt prinċipali, hemm għadd ta' villaġġi oħra fi ħdan il-muniċipalità ta' Segovia.

  • Fuentemilanos
  • Hontoria
  • Madrona
  • Revenga, stabbilit fl-1983 bħala "entità lokali minuri" (bl-Ispanjol: entidad local menor), kategorija ta' entitajiet sottomuniċipali fi Spanja.
  • Zamarramala
  • Torredondo
  • Perogordo
 
Pittura tal-1562 ta' Segovia magħmula minn Anton van den Wyngaerde.

L-ewwel tismija rreġistrata ta' insedjament f'dik li llum il-ġurnata hija Segovia kienet art Ċeltika. Iktar 'il quddiem it-tmun għadda f'idejn ir-Rumani. Il-belt hija s-sit fejn x'aktarx saret il-battalja fil-75 Q.K. fejn Quintus Caecilius Metellus Pius rebaħ kontra Quintus Sertorius u Hirtuleius. Hirtuleius miet fil-ġlied.[4]

Matul il-perjodu tar-Rumani l-insedjament kien ta' wieħed mill-bosta kunventi Latini kontemporanji. X'aktarx il-belt ġiet abbandunata wara l-invażjoni Iżlamika ta' Spanja sekli wara. Wara l-ħakma ta' Toledo minn Alfonso VI ta' Kastilja u León, iben ir-Re Alfonso VI, Segovia ġiet insedjata mill-ġdid mill-Kristjani mit-Tramuntana tal-peniżola Iberika u lil hinn mill-Pirinej, u b'hekk kisbet sfera sinifikanti ta' influwenza b'konfini li jaqsmu s-Sierra de Guadarrama u x-xmara Tagus.

Il-pożizzjoni ta' Segovia fir-rotot kummerċjali għamlitha ċentru importanti tal-kummerċ tas-suf u tat-tessuti. It-tmiem tal-Medju Evu ġab miegħu epoka tad-deheb għal Segovia, b'żieda fil-popolazzjoni tal-Lhud u l-ħolqien ta' fondazzjoni għall-industrija b'saħħitha tat-tessuti. Diversi xogħlijiet mill-aqwa tal-arkitettura Gotika tlestew ukoll matul dan il-perjodu. B'mod partikolari, Isabella I ġiet ipproklamata r-reġina ta' Kastilja fil-Knisja ta' San Miguel de Segovia fit-13 ta' Diċembru 1474.

Segovienne kienet biċċa drapp lokali tal-flanella li kienet tintuża għat-tapizzerija fis-sekli 14 sa 17. Kienet struttura tal-insiġ b'wiċċ tas-suf magħmul bis-suf Spanjol.[5][6]

 
Veduta tal-Alcázar of Segovia (1838).

Bħall-biċċa l-kbira taċ-ċentri tat-tessuti ta' Kastilja, Segovia ssieħbet fir-Rewwixta tal-Comuneros taħt il-kmand ta' Juan Bravo. Minkejja t-telfa tal-Komunitajiet, it-tkabbir ekonomiku li rriżulta kompla fis-seklu 16 u l-popolazzjoni tagħha żdiedet għal 27,000 ruħ fl-1594. Imbagħad, bħall-biċċa l-kbira wkoll tal-bliet ta' Kastilja, Segovia daħlet f'perjodu ta' deklin. Seklu wara biss fl-1694, il-popolazzjoni kienet naqset saħansitra għal 8,000 abitanti. Fil-bidu tas-seklu 18, Segovia ppruvat terġa' tqanqal l-industrija tat-tessuti, iżda ma tantx irnexxielha. Fit-tieni nofs tas-seklu, Karlu III għamel tentattiv ieħor biex jagħti spinta lill-kummerċ tar-reġjun; ħadet il-forma tal-Kumpanija Rjali tal-Manifattura tas-Suf ta' Segovia (1763). Madankollu, in-nuqqas ta' kompettività tal-produzzjoni kkawżat lill-Kuruna tirtira l-appoġġ tagħha fl-1779. Fl-1764, l-Iskola Rjali tal-Artillerija nfetħet l-ewwel akkademja militari fi Spanja. Din l-akkademja għadha teżisti sa llum il-ġurnata. Fl-1808, Segovia nsterqet mit-truppi Franċiżi matul il-Gwerra tal-Indipendenza. Matul l-Ewwel Gwerra Karlista, it-truppi taħt il-kmand ta' Don Carlos ma rnexxielhomx jattakkaw il-belt. Matul is-seklu 19 u l-ewwel nofs tas-seklu 20, Segovia esperjenzat irkupru demografiku li kien frott l-istabbiltà ekonomika relattiva.

Demografija

immodifika

It-tkabbir fil-popolazzjoni esperjenzat matul is-seklu 19 aċċellera b'mod kostanti mill-bidu tal-ħabta tal-1920: 16,013 abitant dik is-sena, 33,360 abitant fl-1960, 53,237 abitant fl-1981. Mis-snin 80 tas-seklu 20 it-tkabbir majna sew: 55,586 abitant fl-2004 u 56,047 abitant fl-2007.

Mill-1 ta' Jannar 2019, 11 % tal-abitanti kienu barranin – 4.478 % kienu minn xi pajjiż ieħor tal-Ewropa, 2.37 % kienu Afrikani, 3.7 % kienu Amerikani, u 0.435 % kienu Asjatiċi.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
L-Akkwedott Ruman ta' Segovia.
 
L-Alcázar ta' Segovia.
 
Veduta tal-Katidral ta' Segovia mill-Alcazar.

Fl-1985 iċ-ċentru storiku ta' Segovia u l-akkwedott tagħha ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Iż-żona ta' lqugħ tas-sit ġie mmodifikat kemxejn fl-2015.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Iċ-ċentru storiku tal-belt fih għadd ta' binjiet storiċi ċivili u reliġjużi, inkluż għadd kbir ta' binjiet ta' oriġini Lhudija, l-iktar fil-Kwartier Lhudi antik. Wieħed mill-iżjed siti Lhud importanti storikament huwa ċ-ċimiterju Lhudi, El Pinarillo. Fost l-iżjed monumenti importanti fil-belt hemm:

  • L-Akkwedott ta' Segovia, li jinsab fil-Plaza del Azoguejo, huwa l-attrazzjoni storika ewlenija tal-belt. Imur lura għall-aħħar tas-seklu 1 jew għall-bidu tas-seklu 2 W.K. Bħal għadd ta' akkwedotti oħra fi Spanja, l-akkwedott Ruman ta' Segovia huwa wieħed mill-"kisbiet straordinarji tal-inġinerija" li jeżistu fil-pajjiż, skont Alejandro Lapunzina fir-Reference Guides to National Architecture: Architecture of Spain. Għadu jintuża għat-twassil tal-ilma tax-xorb. "L-akkwedott ta' Segovia, minħabba t-tul, l-isbuħija arkitettonika, l-irquqija mhux tas-soltu tiegħu, u l-preżenza drammatika fiċ-ċentru ta' nisġa urbana densa, huwa l-iżjed struttura Rumana impressjonanti fi Spanja, u wieħed mill-iżjed akkwedotti famużi fost il-bosta akkwedotti mibnija mir-Rumani fl-Imperu enormi tagħhom" skont Lapunzina. Jikkonsisti minn madwar 25,000 blokka tal-granit miżmuma flimkien mingħajr tkaħħil, u huwa twil 818-il metru b'iktar minn 170 arkata, l-ogħla waħda xi 29 metru.
  • L-Alcazar ta' Segovia, il-palazz irjali mibni fuq peniżola tal-ġebel bejn ix-xmajjar Eresma u Clamores, huwa ddokumentat għall-ewwel darba fl-1122, għalkemm jaf kien jeżisti qabel. Kien wieħed mill-iżjed residenzi ffavuriti tar-rejiet ta' Kastilja, u nbena fit-tranżizzjoni mill-arkitettura Rumaneska għal Gotika għal Mudéjar. Il-binja hija strutturata madwar żewġ btieħi u għandha żewġ torrijiet u fortizza. Kienet residenza ffavurita ta' Alfonso X l-Għaref u ta' Enriku IV, u Isabella l-Kattolika ġiet inkurunata Reġina ta' Kastilja fil-Plaza Mayor ta' Segovia. Inħakem min-nirien fl-1862, iżda iktar 'il quddiem reġa' nbena. Issa jospita l-arkivju ġenerali militari ta' Segovia u l-mużew tal-Iskola Rjali tal-Artillerija, ġestiti mill-Bord tal-Alcazar.
  • Il-Katidral ta' Segovia, l-aħħar katidral Gotiku li nbena fi Spanja. Dan jitqies bħala kapulavur tal-arkitettura Gotika Baska-Kastiljana u huwa magħruf bħala s-"Sinjur tal-Katidrali". Juan Gil de Hontañón, Rodrigo Gil de Hontañón, u artisti oħra tal-arkitettura Spanjola ħadmu fuq il-kostruzzjoni tiegħu. Ġie kkonsagrat fl-1768 u huwa twil 105 metri, wiesa' 50 metru u għoli 33 metru fin-navata. Għandu 18-il kappella u tliet bibien: El Perdón, San Frutos u San Geroteo.
  • Is-Swar ta' Segovia kienu jeżistu meta Alfonso VI ta' León u Kastilja reġgħu ħakmu l-belt mill-Għarab. Alfonso ordna li jiġu mkabbra, u żied ukoll il-perimetru tagħhom għal tliet kilometri, bi tmien torrijiet, ħames daħliet, u diversi bibien. Is-swar inbnew l-iktar minn blokok tal-granit iżda anke ħaġar min-nekropoli Rumana antika. Is-swar jinsabu madwar iċ-ċentru storiku kollu tal-belt u fihom tliet daħliet attwalment: San Cebrián; Santiago, mibnija bl-istil Mudéjar; u San Andrés, id-daħla tal-kwartier Lhudi; u l-bibien ta' Consuelo, San Juan, ix-Xemx u l-Qamar.

Arkitettura reliġjuża

immodifika
 
Iglesia de San Esteban
 
Is-sinagoga prinċipali antika.

Knejjes u kappelli

immodifika

Il-belt fiha kollezzjoni importanti ta' knejjes Rumaneski kemm tal-ġebel kif ukoll tal-brikks, li tinkludi l-knejjes ta' San Esteban, San Millán, San Martín, la Santísima Trinidad, San Andrés, San Clemente, Santos Justo y Pastor, Iglesia de la Vera Cruz (l-Ordni ta' Malta), u San Salvador.

Is-sinagoga prinċipali antika hija eks sinagoga, ikkonvertita f'kunvent wara t-tkeċċija tal-Lhud minn Spanja fl-1492.

Monasteri u kunventi

immodifika

Il-belt ta' Segovia ppreservat ukoll diversi monasteri u kunventi b'ħajja reliġjuża attiva:

  • il-Monasteru ta' Santa Marija ta' Parral tal-patrijiet tal-klawsura tal-Ordni ta' San Ġlormu;
  • il-Monasteru tal-Inkarnazzjoni Umli tas-sorijiet tal-klawsura tal-Ordni ta' Santu Wistin;
  • il-Monasteru tal-Kunċizzjoni Immakulata tas-sorijiet tal-klawsura tal-Kunċizzjoni;
  • il-Monasteru ta' San Vicente el Real tas-sorijiet tal-klawsura tal-Ordni Ċisterċensi;
  • il-Monasteru ta' San Antonio el Real tas-Sorijiet Foqra tal-Ordni ta' Santa Klara;
  • il-Kunvent ta' San Ġwann tal-Kurċifiss tal-patrijiet Karmlitani Ħafjin;
  • il-Kunvent ta' San Ġużepp tas-sorijiet tal-klawsura Karmlitani Ħafjin;
  • il-Kunvent ta' Corpus Christi tas-Sorijiet Foqra tal-Ordni ta' Santa Klara;
  • il-Kunvent ta' Santo Domingo el Real tas-sorijiet tal-klawsura tal-Ordni Dumnikana;
  • il-Kunvent ta' San Ġwann ta' Alla tas-sorijiet Franġiskani tat-Tielet Ordni ta' San Franġisk;
  • il-Kunvent ta' Santa Cruz la Real (okkupat mill-IE University).
 
Veduta tal-Knisja ta' San Millán de Segovia mit-Triq ta' Cervantes.

Arkitettura ċivili

immodifika
  • Il-Palazz Kastiljan ta' Ayala Berganza li jmur lura mill-aħħar tas-seklu 15. Minħabba qtil multiplu li seħħ fl-aħħar tas-seklu 19 huwa magħruf lokalmet bħala d-"dar tar-reat";
  • Casa del Sello fit-Triq ta' San Franġisk;
  • Casa-Museo del Torreón de Lozoya f'Plaza de San Martín;
  • Casa del Siglo XV (jew ta' Juan Bravo);
  • id-Dar tal-Konti Alpuente, il-Casa de los Picos u oħrajn fil-Calle Real;
  • La Taberna Rubi, l-eqdem taverna fil-belt;
  • il-Casa de la Moneda, eks zekka inkluża fit-tema tal-"produzzjoni u l-manifattura" tar-Rotta Ewropea tal-Wirt Industrijali.[7]

Skultura urbana

immodifika
 
Veduta ta' Segovia mill-Mirador de la canaleja.

L-iskultura urbana f'Segovia tinkludi xogħlijiet ta' figuri famużi marbuta mal-belt bħala mfakar, iżda hemm ukoll diversi skulturi ta' natura reliġjuża. Waħda mill-iżjed skulturi ikoniċi tal-Lupa Kapitolina tinsab quddiem l-akkwedott. Kopja tal-lupa Kapitolina hija ppreservata fil-Mużew Kapitolin u kienet rigal li Ruma tat lill-belt fl-1974 matul ċ-ċelebrazzjonijiet tal-elfejn anniversarju tal-akkwedott.

 
Il-Lupa Capitolina qrib l-akkwedott.

Sa xi ftit deċennji ilu, monument iddedikat lill-artist Daniel Zuloaga, li ġie installat fl-1924, seta' jitgawda fil-Plaza de la Merced, iżda ġie rilokat fil-Plaza de Colmenares. Attwalment, fiċ-ċentru tal-Plaza de la Merced, iħares lejn il-Knisja ta' San Andrés, hemm bust tal-poeta Rubén Darío u tal-iskultur Santiago de Santiago, li ngħata mill-gvern tan-Nikaragwa lill-belt fl-1973. Ittri relatati mal-bust jinsabu wkoll fil-Promenade Lounge. Monument tal-poeta famuż José Rodas tal-iskultur ta' Segovia Aniceto Marinas ġie installat għall-ewwel darba fl-1927 fil-pjazza tal-ġonna, u mbagħad ġie mċaqlaq fejn jinsab attwalment fl-1960. Flimkien ma' dan il-grupp letterarju ngħata ġieħ ukoll lil Antonio Machado, il-poeta li sab kenn f'Segovia mill-1919 sal-1932. L-iskultura tiegħu tinsab fil-ġnien tad-dar-mużew tiegħu, u ġiet magħmula minn Emiliano Barral.

Figuri reliġjużi bħal Domingo de Soto, Papa Piju XII, Sant'Antnin, Mary Claret u San Ġwann tal-Kurċifiss għandhom posthom fi ħdan l-iskultura urbana tal-belt. L-ewwel skulturi kienu frott ix-xogħol ta' Ortega u l-kumplament kienu ta' José María García Moro, li għamel ukoll Monument għaż-Żgħażagħ fil-Plaza del Conde de Cheste. Għalliema oħra tal-iskultura li taw ġieħ lil xogħlu kienu xi raħħala rikonoxxuti f'xi ismijiet tat-toroq jew ta' pjazez, bħal pereżempju Aniceto Marinas, li fl-1943 iddedika monument lill-ħabib tiegħu Mariano Benlliure.

Fil-Pjazza tal-Armi hemm monument lil Daoíz u Velarde magħmul minn Aniceto Marinas. Tal-istess skultur huma lista ta' ies assoċjati mal-iskultura ta' Juan Bravo, magħmula fl-1921 u li tinsab fil-qalba tal-belt fil-Pjazza tas-Sireni. Isem il-pjazza ġej minn żewġ statwi fuq it-taraġ li jirrappreżentaw dawn il-ħlejqiet mitoloġiċi, magħmula minn Francisco Bellver fl-1852. Skulturi oħra fil-belt huma ddedikati lit-tabib Andrés Laguna magħmula minn Florentino Trapero fil-Plaza de los Huertos, il-bust ta' Lope de la Calle Martín, il-President tal-Kunsill Provinċjali, magħmul minn Emiliano Barral fil-Pjazza ta' San Facundo jew il-monument "El Favorito" ta' Toribio García de Andrés tal-bidu tas-seklu 20.

Minbarra dawn, hemm sensiela ta' monumenti u skulturi moħbija fil-kantunieri tal-belt, fost l-oħrajn xi figuri reliġjużi notevoli. L-iżjed sinifikanti fosthom hija l-Madonna tal-Akkwedott, li tinsab fin-niċċa ċentrali tal-monument fil-Plaza del Azoguejo mis-seklu 16, kif ifakkar Colmenares fl-istorja tiegħu ta' Segovia. Il-figuri tal-Madonna jinsabu wkoll fit-Triq ta' Velarde, kif ukoll quddiem id-Daħla ta' San Juan, id-Daħla ta' San Andrés Gate jew fit-Triq ta' Carmen, fost l-oħrajn.

 
Il-Ġonna tal-Alcazar.
 
Plaza de la Artillería

Parks u ġonna

immodifika
  • Il-Ġonna tal-Alcazar inbnew fil-pjazza fejn qabel kien hemm il-Katidral l-Antik u l-Palazz Episkopali u nħolqu fl-okkażjoni taż-żwieġ ta' Filippu II u Anna tal-Awstrija fl-1570, minflok il-fdalijiet li kienu jeżistu sa dak iż-żmien. Madankollu, dan ma kienx twettaq għalkollox saż-żjara ta' Ferdinandu VI fis-seklu 18. Bejn l-1816 u l-1817 tħawwlu l-ewwel siġriet u ġew ikkonfinati kif inhuma attwalment. Is-siġar inqerdu minħabba n-nirien tal-palazz fl-1862, u rkupraw mill-ġdid fl-1882.
  • Il-Ġnien ta' la Merced kien l-ewwel ġnien pubbliku li twettaq mill-belt fi ħdan is-swar tal-belt. Ingħata isem l-eks Kunvent tal-Ħniena li kien jinsab fl-istess post u nħoloq f'nofs is-seklu 19 bit-tħawwil tas-siġar u bl-installazzjoni ta' funtana, li iktar 'il quddiem ġiet sostitwita bil-pjazza usa' u iktar statali attwali. Hemm ukoll bandli għat-tfal fih.
  • Il-Paseo del Salón huwa l-eqdem ġnien fil-belt u nħoloq fl-1786 mill-Economic Society of Friends of the Country of Segovia, u sentejn wara beda t-tħawwil tas-siġar. Fl-1846 ġew stabbiliti diversi għejun u ġew imħawla speċijiet differenti.
  • Il-Jardinillos ta' San Roque, li jinsabu fl-hekk imsejjaħ "Paseo Nuevo" infetħu għall-pubbliku fl-1872, iżda għaxar snin qabel kienet tpoġġiet funtana pubblika hemmhekk. Fl-1943 kienu l-post fejn kien hemm paviljun iddedikat lill-Feria de Muestras, u l-binja għadha teżisti u hija waħda mill-karatteristiċi tal-ġonna.
  • Il-Ġnien ta' los Cañuelos.
  • Il-Ġonna ta' los Huertos ingħataw isem l-għelieqi tas-siġar tal-frott fil-qrib. Wara t-tneħħija tal-kunvent fl-1836 bil-liġijiet tat-tneħħija tal-intitolamenti, il-belt ħadet is-sjieda tal-art fl-1897. Fl-1901 beda t-tħawwil tas-siġar u l-istrutturar tal-ġonna, li gradwalment ġew restawrati għal kif inhuma llum il-ġurnata.
  • L-Alameda del Eresma.
  • L-Alameda de la Fuencisla.
  • Il-Ġnien ta' Fromkes.
  • Il-Ġnien ta' la Plaza del Conde Alpuente.
  • Il-Ġnien ta' la Plaza de Colmenares.
  • Il-Ġnien ta' Santu Wistin.
  • Il-Parque de la Albuera.
  • Il-Parque de la Dehesa.
  • Il-Pinarillo de la Cuesta de los Hoyos.
  • Il-Wied ta' Clamores.

Ekonomija

immodifika

L-ekonomija ta' Segovia hija msejsa fuq il-metallurġija, l-agrikoltura, l-għamara, il-kostruzzjoni u partikolarment it-turiżmu. Il-belt stess tospita eluf ta' viżitaturi li kull sena jżuru l-belt għal jum minn Madrid minħabba l-attrazzjonijiet popolari tagħha.

Trasport

immodifika

Segovia hija moqdija mill-Awtostrada AP-61 li nfetħet fl-2004. L-istazzjon ferrovjarju ta' Segovia-Guiomar jipprovdi kollegament ferrovjarju lejn Madrid Chamartín u lejn Valladolid-Campo Grande permezz tal-linja ferrovjarja ta' veloċità għolja tan-network AVE bejn Madrid u León.

Edukazzjoni

immodifika

Il-belt ta' Segovia tospita għadd kbir ta' skejjel primarji u skejjel sekondarji, u l-eqdem fosthom (IES Andrés Laguna, stabbilita fl-1841) ġew iddikjarati uffiċjalment "ta' interess kulturali". Proporzjon kbir tal-popolazzjoni tal-istudenti jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern, filwaqt li l-iskejjel privati f'Segovia huma l-iktar dawk reliġjużi.

Fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, l-istituzzjoni ewlenija ta' Segovia hija l-Università IE, li hija università tal-ewwel lawrija orjentata l-iktar lejn in-negozju, li tibni fuq il-programm MBA ta' suċċess tal-Instituto Empresa fl-Iskola tan-Negozju IE bbażata f'Madrid. F'Segovia hemm ukoll il-kampus tal-Università ta' Valladolid, li toffri l-possibbiltà li wieħed jibda karriera fl-inġinerija informatika, fid-dritt, fil-ġurnaliżmu, fir-reklamar u fit-tagħlim.

Mużewijiet

immodifika
  • il-Mużew Gastronomiku ta' Segovia;
  • il-Mużew ta' Segovia;
  • il-Mużew tal-Arti Kontemporanja Esteban Vicente;
  • il-Mużew tal-Palazz tal-Isqof;
  • il-Mużew del Pasado;
  • il-Mużew tal-Katidral;
  • il-Mużew ta' Zuloaga;
  • id-Dar-Mużew ta' Antonio Machado;
  • il-Mużew tal-Fondazzjoni Rodera-Robles;
  • il-Mużew tas-Sħaħar;
  • il-Mużew tal-Armi;
  • il-Mużew tas-Swar ta' Segovia;
  • iċ-Ċentru Lhudi.

MUCES (Muestra de Cine Europeo Ciudad de Segovia) huwa l-akronimu Spanjol tal-Festival Ewropew taċ-Ċinema tal-Belt ta' Segovia, il-festival annwali tal-films li ilu jseħħ fil-belt mill-2006, normalment f'Novembru. Il-pubbliku inġenerali jkollu ċ-ċans li jsir midħla taċ-ċinema Ewropea ta' kwalità, u fuq kollox ikollhom l-opportunità jaraw films Ewropej li jkunu għadhom ma ntwerewx kummerċjalment fi Spanja, iżda li kellhom suċċess fost il-kritiċi u l-udjenzi f'pajjiżi oħra. "My Cat Lives in Segovia" huwa wieħed mill-films li ġew ippreżentati lill-udjenza Spanjola.[8]

 
Il-faċċata tal-katidral billejl.
 
Il-Monasteru ta' Santa Marija ta' Parral.
  • San Lorenzo (għall-ħabta tal-10 ta' Awwissu). Hija l-festa ta' wieħed mill-kwartieri tal-belt.
  • Fieri u Festi ta' San Juan u ta' San Pedro (fl-aħħar ta' Ġunju). Dawn il-festi ilhom isiru mis-seklu 15.
  • San Frutos (fil-25 ta' Ottubru): il-qaddis patrun ta' Segovia. F'nofsinhar jiġi kantat l-Innu ta' San Frutos fil-katidral, u mbagħad isiru diversi attivitajiet fil-Plaza Mayor, proklamazzjoni, kunċert mill-Banda tal-Unjoni Mużikali ta' Segovia, wirja tal-mikoloġija, eċċ. F'dawn l-aħħar snin, skont it-tradizzjoni stabbilita, ix-xeffijiet tal-ħelu ta' Segovia vvintaw deżerta tal-qaddis. Fl-aħħar lejla qabel il-festa ta' San Frutos iċ-ċittadini ta' Segovia jinġabru quddiem il-qaddis f'bieb il-katidral biex jaraw ix-xbieha tal-qaddis.
  • Madonna ta' Fuencisla (fil-25 ta' Settembru): il-patruna ta' Segovia. L-ikbar jum ta' ċelebrazzjoni jsir fl-aħħar Ħadd tax-xahar. Żewġ nhar ta' Ħamisijiet qabel il-Madonna quddiem is-santwarju tagħha tiġi ċċelebrata n-novena fl-Alameda ta' Fuencisla. Matul id-disat ijiem wara ċ-ċelebrazzjoni tan-novena fil-katidral, jiġi kantat l-Innu ta' Fuencisla, u fl-aħħar Ħadd ix-xbieha tal-Madonna terġa' lura fis-santwarju tagħha. Peress li l-Madonna hija l-Kaptan Ġenerali tal-Artillerija (kif indikat fuq ix-xbieha tagħha) mill-24 ta' Settembru 1916, fi triqitha mis-Santwarju tal-Katidral ix-xbieha tiġi akkumpanjata mill-kadetti tal-Akkademja tal-Artillerija u mill-banda (tinġab mill-Akkademja ta' Toledo). Fi triqitha bejn is-Santwarju sal-Katidral akkumpanjata mill-Kadetti sal-Plaza del Azoguejo, ix-xbieha tiġi mfaħħra b'Salve Reġina kantata. D'dawn l-aħħar snin saru wirjiet fl-Alameda de la Fuencisla mal-wasla tax-xbieha tal-Madonna; iżda reċentement qed isiru ż-żifniet tal-Jotas ta' Kastilja.
 
Vara fil-Ġimgħa Mqaddsa f'Segovia.

Ġimgħa Mqaddsa

immodifika

Segovia għandha 10 fratellanzi, li huma:

  • Oración en el Huerto (il-kwartier ta' San Lorenzo);
  • Resurrección del Señor (il-kwartier ta' Nueva Segovia);
  • Cristo con la cruz a Cuestas (l-assoċjazzjoni ADEMAR);
  • Santo Cristo de la Cruz (il-kwartier ta' Cristo del Mercado);
  • Santo Cristo de San Marcos (il-kwartier ta' San Marcos);
  • Soledad al pie de la Cruz (il-kwartier ta' San Millán);
  • Nuestra Señora de la Piedad (il-kwartier ta' San José);
  • Real Cofradía de la Santa Esclavitud (il-kwartier ta' El Salvador);
  • Feligresía de San Andrés (il-kwartier ta'San Andrés);
  • Soledad Dolorosa (il-kwartier ta' Santa Eulalia).

Leġġendi

immodifika

Hemm bosta leġġendi minħabba l-lonġevità tal-belt; fost il-leġġendi prinċipali nsibu:

  • il-Leġġenda tal-kostruzzjoni tal-akkwedott mix-xitan;
  • il-Leġġenda taċ-ċawluni u l-Knisja ta' Vera Cruz;
  • il-Leġġenda ta' María del Salto, Lhudija salvata mill-Madonna meta kienet se taqa' minn irdum f'La Fuencisla;
  • il-Leġġenda tal-ħalliel it-tajjeb ta' El Tuerto de Pirón tas-seklu 19;[9]
  • il-Leġġenda tat-triq tal-Mewt u tal-Ħajja matul ir-Rivoluzzjoni ta' Comunera;
  • il-Leġġenda tal-muntanja La Mujer Muerta;[10]
  • il-Leġġenda tad-Dar tal-Kriminalità fil-kwartier ta' San Millán;
  • il-Leġġenda tal-Akkademja tal-Artillerija dwar il-fatat ta' patri żagħżugħ Medjevali;[11]
  • il-Leġġenda tal-prinċep u tal-aya (li kienet tieħu ħsiebu) dwar il-waqgħa tat-tarbija Pedro, iben Enrique II ta' 12-il sena minn tieqa tal-kastell;[12]
  • il-Leġġenda ta' Alfonso X El Sabio dwar il-kastigi li tah Alla minħabba l-ereżijiet tiegħu.[13]

Hemm ukoll leġġendi differenti oħra fil-kwartieri inkorporati.

Nies notevoli

immodifika

Ġemellaġġ

immodifika

Segovia hija ġemellata ma':

Antipodu

immodifika

Segovia hija l-Antipodu ta' Masterton, New Zealand.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Segovia and its Aqueduct". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  2. ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Segovia: Segovia - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España". www.aemet.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
  3. ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Extreme values: Segovia - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
  4. ^ From the Gracchi to Nero, H. H. Scullard, p. 91 għalkemm Philip Spann ma qabilx - Quintus Sertorius and the Legacy of Sulla, p. 110.
  5. ^ Montgomery, Florence M. (1984). Textiles in America 1650-1870 : a dictionary based on original documents, prints and paintings, commercial records, American merchants' papers, shopkeepers' advertisements, and pattern books with original swatches of cloth. Internet Archive. New York ; Londra: Norton. p. 344. ISBN 978-0-393-01703-8.
  6. ^ Tortora, Phyllis G.; Johnson, Ingrid (2013-09-17). The Fairchild Books Dictionary of Textiles. A&C Black. p. 544. ISBN 978-1-60901-535-0.
  7. ^ "Royal Mint – ERIH". www.erih.net (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-12-16.
  8. ^ "MUCES | 14 Muestra de Cine Europeo Ciudad de Segovia". www.muces.es. Miġbur 2022-12-16.
  9. ^ Calleja Guijarro, Tomás (2005). Taller Imagen S.l. (ed.). Romances de El Tuerto de Pirón (Printed book : Poetry : Spanish (spa) : Ed. aum. and illustrated) (in Spanish). Espirdo: Segovia Sur, D.L.
  10. ^ "10 leyendas y curiosidades de Segovia" (bl-Ispanjol). 2015-11-24. Miġbur 2022-12-16.
  11. ^ SegoviaudaZ (2019-10-29). "Las siete leyendas más inquietantes" (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-16.
  12. ^ "Las leyendas que quizá no conozcas del Alcázar de Segovia". Viajes (bl-Ispanjol). 2022-01-17. Miġbur 2022-12-16.
  13. ^ EF, Redacción (2014-04-21). "Leyenda del Alcazar de Segovia" (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-16.
  14. ^ "SENIOR, ABRAHAM - JewishEncyclopedia.com". www.jewishencyclopedia.com. Miġbur 2022-12-16.