Qatar

stat sovran fl-Asja tal-Punent

Il-Qatar (bl-Għarbi: قطر‎, b'ittri Rumani: Qaṭar; IPA: [ˈqɑtˁɑr]; bl-Għarbi tal-Golf: [ɡɪtˤɑr]), li l-isem uffiċjali tiegħu huwa l-Istat tal-Qatar (bl-Għarbi: دولة قطر‎, b'ittri Rumani: Stat Sovran ta' Dawar) hu nazzjon fl-Asja. Dan il-pajjiz jinsab fil-Lvant Nofsani u l-belt kapitali hi Doha. Jinsab fil-Punent tal-Asja u jokkupa l-peniżola żgħira tal-istess isem fil-Peniżola Għarbija tal-Lvant. Għandu fruntiera waħda fuq l-art, fin-Nofsinhar mal-Arabja Sawdija, filwaqt li l-kumplament tat-territorju huwa magħmul mill-ilmijiet tal-Golf Persjan. Strett tal-ilma jifred din il-peniżola mill-istat gżira tal-Bahrain.

Il-bandiera tal-Qatar
L-istemma jew l-arma (il-qadima, sal-2022)